It-tieni jum tal-Papa Franġisku fl-Slovakkja

Print Friendly, PDF & Email

It-Tnejn, il-Papa Franġisku qatta’ t-tieni jum impenjattiv taż-Żjara Appostolika tiegħu fis-Slovakkja, fil-belt kapitali ta’ Bratislava.

L-ewwel appuntament li kellu kien l-indirizz tiegħu lill-President Slovakk Zuzana Caputova, lill-uffiċjali u diplomatiċi oħra fil-ġonna tal-palazz presidenzjali fejn enfasizza l-ħtieġa tal-fraternità, l-ospitalità u s-solidarjetà fil-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea.

Wara kellu laqgħa mal-isqfijiet, saċerdoti u sorijiet, fejn il-Qdusija Tiegħu stedinhom biex qatt ma jħarsu ‘l ġewwa, assorbiti fihom infushom u difensivi: “Il-Knisja mhix fortizza, kastell għoli, awtosuffiċjenti u tħares lejn id-dinja minn fuq,” il-Papa stqarr. Il-Papa ħeġġeġ lill-isqfijiet, lis-saċerdoti u reliġjużi biex jaħdmu għal Knisja umli fil-libertà tal-Evanġelju, kreattività tal-fidi, u fi djalogu li jippromwovi l-għaqda

Wara nofsinhar il-Papa żar kenn għall-foqra mmexxi mis-Sorijiet tal-Karità ta’ Madre Tereża u ltaqa’ ma’ rappreżentanti tal-komunità Lhudija tas-Slovakkja li rringrazzjhom għall-isforzi tagħhom biex jippromwovu vjaġġ ta’ djalogu mal-Knisja Kattolika.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-09/video-highlights-day-2-slovakia-apostolic-journey-pope-francis.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.