Min kien Romanu l-Melodi?

Print Friendly, PDF & Email

Benedittu XVI tkellem dwar f’waħda mill-Udjenzi Ġenerali li kien jagħmel kull nhar ta’ Erbgħa.

Romanu l-Melodi ! Qatt am kont smajt bih u aktarx qatt ma kont insir naf dwaru kieku ma kienx għal din il-Katekeżi tal-Papa Benedittu XVI …

Benedittu XVI dwar Romanu l-Melodi …

“Romanu l-Melodi, li twieled lejn is-sena 490 f’Emesa (illum Homs) fis-Sirja. Teologu, poeta u kompożitur, jagħmel parti mill-ġemgħa kbira tat-teologi li t-teoloġija bidluha f’poeżija. “

Id- djalogu drammatiku bejn Marija u Binha, li jseħħ fit-triq tas-salib. Tgħidlu Marija: “Fejn sejjer, ibni? Għaliex hekk ħafif qed ittemm ħajtek? / Qatt ma kont nemmen, o ibni, li se narak f’din il-qagħda, / lanqas qatt stħajjilt li għal din il-qilla kollha kellhom jaslu l-kefrin / li jerfgħu jdejhom fuqek kontra kull ġustizzja”.

U Ġesù jweġibha: “Għaliex tibki, omm tiegħi? […]. Ma għandix forsi nbati? Ma għandix forsi mmut? / Għax kieku kif nista’ nsalva ’l Adam?”. 

Ara l-katekeżi tal-Papa Benedittu XVI dwar Romanu l-Melodi …

Imbagħad, fl-innu fuq is-sagrifiċċju ta’ Abraham, Sara żżomm għaliha l-jedd li tiddeċiedi fuq il-ħajja ta’ Iżakk. Abraham jgħid: “Meta Sara tisma’, Sidi, bil-kliem kollu tiegħek, / meta ssir taf b’din ir-rieda tiegħek, se tgħidli: / – Jekk min tahulna se jieħdu lura, għaliex tahulna? / […] – Int, o għassies, ħallihuli lil ibni, / u meta dak li sejjaħlek ikun iridu, ħa jiġi jgħid lili” 

Ara l-katekeżi tal-Papa Benedittu XVI dwar Romanu l-Melodi …

Ara ħafna aktar mill-Papa Benedittu XVI dwar personalitajiet kbar tal-Knisja …

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.