Il-Papa Franġisku: Ambjent b’saħħtu huwa dritt ta’ kull bniedem

Print Friendly, PDF & Email

Qabel il-COP-26 fi Glasgow, nhar l-Erbgħa, l-Assemblea tal-Kunsill tal-Ewropa (PACE) sejħet bord ta’ livell għoli u dibattitu interattiv dwar it-tema: “L-ambjent u d-drittijiet tal-bniedem”.

F’messaġġ awdjo-viżiv mibgħut lill-parteċipanti li kienu qed jieħdu sehem, il-Papa faħħar l-inizjattiva u l-isforzi tal-Kunsill tal-Ewropa dwar din il-kwistjoni fundamentali, u tenna t-talba tiegħu għal azzjoni immedjata biex nieħdu ħsieb tad-dar komuni tagħna.

Huwa qal li għalkemm is-Santa Sede huwa nazzjon Osservatur, imma jsegwi b’attenzjoni partikolari l-attività kollha tal-Organizzazzjoni f’dan ir-rigward, “fil-konvinzjoni li kull inizjattiva u deċiżjoni konkreta li tista’ ttejjeb is-sitwazzjoni drammatika li qed tiffaċċja saħħet il-pjaneta tagħna għandha tkun appoġġata u stmata.”

Waqt li fakkar fl-indirizz preċedenti tiegħu lill-PACE tal-25 ta’ Novembru 2014, dakinhar huwa kien qal li l-art “hija l-akbar riżorsa li tana Alla u tinsab għad-dispożizzjoni tagħna biex ma tkunx sfigurata, sfruttata u degradata, imma sabiex imma biex ngħix f’din id-dinja b’dinjità.” Huwa rrefera wkoll għall-Enċiklika ‘Laudato sì’, li tenfasizza l-importanza li nieħdu ħsieb id-dar komuni tagħna, bħala “prinċipju universali li jinvolvi mhux biss l-Insata, iżda kull persuna ta’ rieda tajba li għandha fil-qalb il-prottezzjoni tal-ambjent.”

Filwaqt li faħħar is-sejħa tad-dibattitu bħala “kontribuzzjoni valida” għall-COP-26, il-Papa Franġisku rrimarka li kwalunkwe inizjattiva tal-Kunsill tal-Ewropa m’għandhiex tkun limitata għall-kontinent Ewropew, iżda “li tintlaħaq id-dinja kollha.”

Il-Qdusija Tiegħu stqarr ukoll li “meta l-bniedem iqis lilu nnifsu bħala s-sid tal-univers u mhux l-amministratur responsabbli tiegħu, hu jew hi jiġġustifikaw kull tip ta’ skart u jittrattaw lin-nies l-oħra u n-natura bħala sempliċi oġġetti”, billi jiċħdu “d-dritt fundamentali ta’ kull persuna biex tgħix f’dinjità u tiżviluppa b’mod integrali.” L-Papa għalhekk wissa kontra l-konsumiżmu modern, li kkawża tant ħsara, u tenna l-appell tiegħu għal “bidla tar-rotta”.

Huwa għalhekk insista fuq “ir-responsabbilitajiet individwali u kollettiva” biex jiġi żgurat id-dritt ta’ kulħadd għal “ambjent sigur, b’saħħtu u sostenibbli”, speċjalment għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Fl-aħħarnett, il-Papa Franġisku esprima t-tama tiegħu li l-Assemblea Parlamentari u l-Kunsill tal-Ewropa jkunu jistgħu “jiddentifikaw, jippromwovu u jimplimentaw, b’determinazzjoni, l-inizjattivi kollha meħtieġa biex tinbena dinja aktar b’saħħitha, aktar ġusta u aktar sostenibbli.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-09/francis-healthy-environment-human-right.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: