Fl-Omelija waqt il-quddiesa tal-ftuħ fl-10 ta’ Ottubru 2021 …
” … Il-Kelma tiftħilna qalbna għad-dixxerniment u ddawlu. Ħa tkun hi li torjenta s-Sinodu biex ma jkunx “convention” ekkleżjali, konvenju ta’ studji jew kungress politiku, biex ma jkunx parlament, imma ġrajja ta’ grazzja, proċess ta’ fejqan immexxi mill-Ispirtu. …”
Fid-diskors waqt mument ta’ riflessjoni mal-Isqfijiet fid-9 ta’ Ottubru 2021 …
” … Il-kelmiet-muftieħ tas-Sinodu huma tlieta: komunjoni, parteċipazzjoni, missjoni. Komunjoni u missjoni huma espressjonijiet teoloġiċi li jfissru l-misteru tal-Knisja u li tajjeb niftakruhom. …”
