Ġwanni Pawlu II waqt Ordinazzjoni Episkopali

Print Friendly, PDF & Email

QUDDIESA BL-ORDINAZZJONI EPISKOPALI
TA’ MONSINJUR STANISLAW SZYMECKI
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Kappella Sistina
12 ta’ April 1981

Il-Knisja konxja li Dak li jagħmel id-daħla tiegħu f’Ġerusalem fost l-għajjat ta’ Osanna tal-popolazzjoni jasal hemm biex iwettaq ir-rieda tal-Missier. Dan il-Ħadd huwa l-ewwel jum tal-ġimgħa tal-Passjoni u għalhekk din il-liturġija hija mimlija wkoll bil-kontenut tal-Passjoni.

Ilqà fil-profond ta’ qalbek il-liturġija tal-Konsagrazzjoni episkopali tiegħek. Illum se nqiegħed fuqek idejja flimkien mal-Kardinal Rubini u ma’ ħuti fl-Episkopat biex nintroduċik fil-Kulleġġ episkopali tal-Knisja. Dan nagħmlu bil-ferħ, nagħmlu bi spirtu ta’ gratitudni għal din il-Knisja li minnha ġej u lejn liema liema inti ddestinat. Infatti, kull saċerdot li ġie mill-poplu, għand il-poplu jerġà lura skont il-kliem ta’ San Pawl.  Inti ġej mill-poplu ħaddiem tas-Silesja Pollakka tagħna u int saċerdot tal-Knisja ta’ Katowice. Fil-kurrikulu personali u saċerdotali tiegħek hemm miktub kapitolu kbir dwar il-permanenza tiegħek fi Franza u l-esperjenzi marbutin magħha. Dan l-aħħar, int kont qiegħed tiżvolġi fi Franza xogħol pastorali għall-emigrati Pollakki. Madankollu qabel għal ħafna snin kont Rettur tas-Seminarju ta’ Katowice fi Krakovja. Dwar dawk is-snin għandna tifkiriet komuni. Issa int iddestinat għall-Knisja ta’ Kielce biex tkun Isqof u Ragħaj, wara l-mewt tal-Isqof Jan Jaroszwicz, di v. m.

U hawn mill-ġdid irrid nenfasizza il-mottiv kbir ta’ gratitudni li jakkumpanja dan il-ministeru tiegħi fl-Ordinazzjoni veskovili tal-Isqof ġdid ta’ Kielce, suċċessur tal-mejjet Isqof Jan. Konna qrib ta’ xulxin għal bosta snin; bosta snin għaqqditna l-komunità metropolita Krakovjana. Kemm laqgħat, kemm djalogi, kemm preokkupazzjonijiet u inizjattivi pastorali! U jekk inmorru iktar lura fil-passat, hawn huma sekli sħaħ ta’ appartenenza tad-dijoċesi tallum ta’ Kielce lid-dijoċesi antika ta’ Krakovja. Waqt li tmur fil-Knisja li l-Ispirtu Santu afdalek ħu miegħek il-Vanġelu, dan il-Vanġelu li minn hawn u ftit ieħor se nqegħdulek fuq spallejk, sabiex int tħoss il-piż tiegħu, hekk li tagħraf il-ħlewwa tiegħu, sabiex dan il-Vanġelu jsir għalik piż ħelu għal kull jum, sors ta’ għerf u ispirazzjoni ta’ servizz. Ħabbru lill-poplu, li qiegħed jistenniek. Ħabbru lill-familji reliġjużi. Ħabbru lil ħutek fis-saċerdozju. Irrakkuntah lil kulħadd, għaliex huwa l-Kelma tas-salvazzjoni eterna. Mur f’din il-Knisja, li tagħħa l-Ispirtu Santu jistabbilik Isqof u Ragħaj, biex teżerċità fiha l-ministeru saċerdotali skont ir-rit ta’ Melkisedek, wettaq is-sagrifiċċju ta’ Kristu u aħdem għat-twettiq tiegħu f’kull psarroċċa, f’kull knisja, f’kull laqgħa tal-poplu ta’ Alla, kullimkien, fejn is-sagrifiċċju ta’ Kristu jiġbor il-poplu u jiftaħ il-qlub. U oħloq l-ispazju għall-azzjoni tal-Ispirtu Santu, wettaq is-sagrifiċċju santissmu, eżalta lil ħutek fis-saċerdozju biex iwettquh. Itlob flimkien magħhom u flimkien mal-Poplu kollu ta’ Alla tal-Knisja ta’ Kielce għal vokazzjonijiet ġodda saċerdotali, sabiex dan il-poplu fl-art Pollakka u lill-Knisja kollha ma jonqos qatt is-servizz ta’ kuljum tal-qaddejja tal-altar. Wassal miegħek il-Vanġelu tal-Passjoni ta’ Kristu li jsir il-qawwa tiegħek, l-għerf tiegħek, bħal ma kien il-qawwa u l-għerf ta’ San Pawl. Qawwi b’dan ir-rinforz lil kulħadd, sostni lil kulħadd u mantni l-Knisja tiegħek sewwa sew kif għamlu l-predeċessuri tiegħek, bħall-mejjet Isqof Jan, għall-glorja tas-Salib ta’ Kristu, li huwa sinjal ta’ salvazzjoni u ta’ rebħa. Mur biex tibni fil-komunità tal-Knisja ta’ Kielce s-Saltna ta’ Kristu, Saltna ta’ Alla fuq l-art, Saltna tal-Messija.

F’isem din is-Saltna Kristu jrid jagħmel daħla f’Ġerusalem. U għad-daħla tiegħu fost il-poplu li kien idawru, fost il-kliem ta’ eżultanza, kellu l-atturi kollha tal-Messija. Din is-Saltna li mhix ta’ din id-dinja, u li bdanakollu f’din id-dinja Huwa żerà bil-Passjoni u bis-Salib, b’mewtu u bil-Qawmien mill-Imwiet tiegħu, għandha titwieled b’mod kontinwu u timmatura fost il-popli u l-ġnus tad-diversi ġenerazzjonijiet u tad-diversi nazzjonijiet. Din is-Saltna fl-art Pollakka, fil-Knisja ta’ Kielce għandha diġa l-istorja tagħha ultramillenarja. Idħol fit-tradizzjoni kbira ta’ din il-Knisja u mexxi ‘l quddiem l-opra tal-predeċessuri tiegħek: bħala Isqof u Ragħaj meħud mill-poplu u għall-poplu ddestinat. Jalla Kristu, li llum għamel id-daħla tiegħu f’Ġerusalem, biex iwettaq ir-rieda tal-Missier jgħinek biex twettaq il-ministeru paskwali ta’ mewtu u tal-Qawmien mill-Imwiet tiegħu jippermettilek li ddawwal b’dan il-misteru ħajtek kollha ta’ Isqof u l-ħajja tal-Knisja, li tagħha millum għandek tkun qaddej b’xebħ ta’ dak li ġie biex jaqdi u b’xebħ ta’ Ommu, li fil-waqt tal-eżaltazzjoni suprema issejħet “qaddejja tal-Mulej”. Jalla fi triqtek tkun Marija, Omm Kristu, sabiex is-Saltna ta’ Kristu tikber u titqawwa fil-poplu ta’ Alla tal-Knisja, li għaliha int imsejjaħ.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading