Il-Papa lill-ispiżjara: “Tħallux li l-‘kultura tal-iskart’ taffettwakhom

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ħamis, il-Papa Franġisku ħeġġeġ lill-ispiżjara biex joqgħodu attenti għall-kultura tal-iskart u jżommu dejjem mal-prinċipju etiċi tal-professjoni tagħhom, u tenna li l-abort huwa qtil.

Huwa għamel d-diskors lil madwat 150 rappreżentant tas-Soċjetà Taljana tal-Ispiżerija tal-Isptar u tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Awtoritajiet tas-Saħħa (SIFO), hekk kif bdew it-42 kungress nazzjonali tagħhom f’Ruma. Il-kungress sar bejn l-14 u s-17 ta Ottubru, t-tema kienet: “Il-promotur tal-ispiżjar u l-interpretu tal-bidla, l-emerġenza u l-ippjanar”.

Il-Qdusija Tiegħu enfasizza l-importanza tas-sistema nazzjonali tas-saħħa pubblika fl-iżgurar tal-ġid komuni u t-tkabbir soċjali tal-pajjiż, speċjalment fil-kuntest tal-pandemija, li qed tbiddel l-organizzazzjoni u l-immaniġġjar tas-saħħa u l-kura tas-saħħa.

Il-Papa żamm il-figura tal-lukandier fil-parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb, u qal li jirrifletti r-rutina ta’ kuljum u s-servizz moħbi tal-ispiżjara tal-isptar. Teħtieġu paċenzja, kostanza u preċiżjoni, fost ftit viżibiltà; l-ispiżjara jistgħu jiġġeneraw “il-qdusija tal-ħajja ta’ kuljum” bit-talb u bl-imħabba.

It-tieni, żied jgħid, l-ispiżjar tal-isptar jiġi f’kuntatt immedjat mal-pazjenti; xi drabi l-ispiżerija hija inviżibbli, imma tagħmel kollox jaħdem, u jiżgura li l-persuna tkun ir-riċevitur tal-kura.

It-tielet triq, qal il-Papa, hija d-dimensjoni etika fil-livelli personali u soċjali. Fuq il-livell etiku personali, huwa fakkar li l-ispiżjara tal-isptar “huma dejjem għas-servizz tal-ħajja tal-bniedem”, “Dan jista’ jinvolvi oġġezzjoni ta’ kuxjenza, li mhix diżlealtà, imma għall-kuntrarju fedeltà għall-professjoni tagħkom, jekk tkun motivata b’mod validu”.

Oġġezzjoni ta’ kuxjenza, kompla l-Papa Franġisku hija wkoll denunzja ta’ inġustizzja kontra ħajja innoċenti u bla difiża. F’dan ir-rigward, il-Papa qajjem il-kwistjoni tal-abort. “Tafu li jien ċar ħafna dwar dan: huwa qtil u mhux leċitu li ssir kompliċi tiegħu”, huwa saħaq. Anzi, qal, huwa d-dmir tagħna li nkunu viċin sitwazzjonijiet, speċjalment għan-nisa, sabiex ma jqisux l-abort bħala soluzzjoni, għaliex fir-realtà, mhix is-soluzzjoni.

Fuq il-livell tal-ġustizzja soċjali, l-Papa Franġisku qal li t-tfittxija għall-ġustizzja u l-ġid komuni għandha tkun ekonomikament u etikament sostenibbli. Peress lis-Servizz tas-Saħħa Nazzjonali Taljana tfittex li tipprovdi aċċess universali għall-kura tas-saħħa. L-kriterji ta’ maniġġjar u dawk finanzjarji m’għandhomx ikunu l-uniċi normi. “L-kultura tal-iskart m’għandhiex taffettwa l-professjoni tagħkom”, huwa saħħaq. Il-Kap tal-Knisja Kattolika ddeplora l-fatt li l’irġiel u nisa anzjani qed jingħataw nofs ir-rekwiżiti tal-mediċina tagħhom biex iqassru ħajjithom, u dan ukoll huwa skart.

L-immaniġġjar tar-riżorso m’għandhiex tkun biss kwistjoni ekonomika iżda wkoll etika u umana. Kulħadd huwa msejjaħ biex jobdi “l-protokoll etiku” fix-xjenza u l-kuxjenza, żied il-Papa.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-10/pope-francis-italy-pharmacists-audience-culture-waste-ethics.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading