Atti ta’ mibegħda’ għandhom jieqfu.

Print Friendly, PDF & Email

Wara l-100 attakk fuq siti Kattoliċi mill-2020, l-isqfijiet jgħidu li ‘atti ta’ mibegħda’ għandhom jieqfu.

Il-vandaliżmu tal-10 ta’ Ottubru, fil-Bażilika tal-Katidral tal-Denver, li rriżulta fi “graffiti ta’ mibegħda” sataniċi u oħrajn, imħażżin fuq il-bibien tal-bażilika u fuq statwa, ġabu għal 100 in-numru ta’ inċidenti ta’ ħruq, vandaliżmu u qerda oħra li seħħew f’siti Kattoliċi, madwar l-Istati Uniti minn Mejju 2020.

Minn dak ix-xahar il-Kumitat tal-Konferenza tal-Isqfijiet Kattoliċi tal-Istati Uniti għal Libertà Reliġjuża beda jsegwi inċidenti bħal dawn.  “Dawn l-inċidenti ta’ vandaliżmu varjaw mit-traġiku għall-oxxen, mit-trasparenti għall-inspjegabbli”, hekk qalu fi stqarrija konġunta l-presidenti tal-kumitati tal-libertà reliġjuża u tal-politika domestika tal-USCCB. “Jibqa’ ħafna l-fatt li ma nafux dwar dan il-fenomenu, iżda mill-inqas, nagħrfu li s-soċjetà għandha bżonn kbir tal-grazzja ta’ Alla”, huma qalu, u appellaw lill-uffiċjali eletti tan-nazzjon “biex jagħmlu pass ‘il quddiem u jikkundanaw dawn l-attakki”.

“Fil-każijiet kollha, irridu nilħqu lil min għamilhom bit-talb u l-maħfra”, qal il-Kardinal Timothy M. Dolan, Arċisqof ta’ New York, u president tal-Kumitat għal Liberta Reliġjuża, u l-Arċisqof Paul S. Coakley, Arċisqof ta’ Oklahama Citu u president tal-Kumitat dwar il-Ġustizzja Domestika u l-Iżvilupp Uman.

“Fejn il-mottiv kien ta’ tpattija għal xi tort tal-passat tagħna, għandna nirrikonċiljaw; fejn nuqqas ta’ ftehim tat-tagħlim tagħna kkawża rabja lejna, irridu noffru ċ-ċarezza, iżda din il-qerda treid tieqaf. Dan mhux il-mod”, qalu. Ż-żewġ presidenti rringrazzjaw lill-infurzar tal-liġi talli nvestigaw dawn l-inċidenti u tieħdu l-passi xierqa biex jipprevjenu aktar ħsara. “Nappellaw lill-membru tal-komunità għall-għajnuna. Dawn mhumiex sempliċi reati fuq il-proprjetà – din hija d-degradazzjoni ta’ rappreżentazzjonijiet viżibbli tal-fidi Kattolika tagħna. Dawn huma atti ta’ mibegħda”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.americamagazine.org/politics-society/2021/10/19/vandalism-hate-crime-denver-destruction-241674

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: