“Click To Pray” 2.0 hija proposta aġġornata li tista’ titniżżel fuq pjattaformi iOS u Android. Din hija mnedija min-“Netwerk tat-Talb mxerred mad-dinja kollha tal-Papa”. L-app toffri lil dawk li jużawha varjetà ta’ proposti speċifiċi biex kuljum jitolbu flimkien mal-Papa Franġisku, u jappoġġjaw il-proċess sinodali.
Imnedija t-Tlieta 19 ta’ Ottubru, fl-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, min-Netwerk innifsu, b’kollaborazzjoni mas-Segretarjat Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet u l-Unjoni Internazzjonali tas-Superjuri Ġenerali. “Click to Pray” tipproponi kontenut ġdid għat-talb u akkumpanjament tal-itinerarju sinodali.

Id-Direttur Internazzjonali tan-Netwerk ta’ Talb Dinji tal-Papa, Patri Frederic Fornos, SJ, innota li kif, jgħid il-Papa Franġisku, “l-qalba tal-missjoni tal-Knisja hija t-talb”; u għal din ir-raġuni, “Click to Pray” ser tkun post ta’ laqgħa personali mal-Mulej u biex tinbena komunità dinjija ta’ talb diġitali.
Fil-preżentazzjoni tagħha, Bettina Raed, Koordinatriċi Internazzjonali ta’ “Click To Pray”, spjegat li dawk li jużawha issa se jkunu jistgħu jorganizzaw it-talb personali tagħhom stess, billi jirranġaw il-mumenti ta’ talb tagħhom għal kull jum.
Għal dawk li mhumiex familjari mal-app, din tinkludi għażla li tirċievi notifiki u għażla wiesgħa ta’ kontenut ta’ talb fi kwalunkwe mumenti tal-ġurnata, sabiex tispira lin-nies biex jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ għall-intenzjonijiet tal-Papa u jitolbu għall-isfidi li qed tiffaċċja l-umanità u l-missjoni tal-Knisja.
Disponibbli f’seba’ lingwi, “Click To Pray” timmira li tipprovdi pont bejn ġenerazzjonijiet billi tippromwovi l-interazzjoni bejn dawk li jużawha billi toffri ċ-ċans li tiġġenera spazju komunitarju kondiviż, fejn kull persuna tista’ tippubblika l-intenzjonijiet tiegħu jew tagħha u taqsam talba matul in-netwerk kollu. Din l-app tinkludi għodda ta’ tagħlim biex tesperjenza t-talb f’livell aktar profond. “Click To Pray” s’issa laħqet il-fuq minn 2.5 miljun users, fil-kontinenti kollha, u ppermettiet lil aktar minn 400,000 user biex jitolbu flimkien mal-Papa Franġisku għall-intenzjonijiet tat-talb tiegħu. Il-Kardinal Mario Grech, Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet kien stqarr: li “n-Netwerk ta’ Talb Dinji tal-Papa huwa għas-servizz tal-proċess spiritwali, li jistedinna biex inkunu disponibbli għall-inkontru, għas-smigħ mill-qalb u għad-dixxerniment tal-Ispirtu s-Santu”. Huwa nnota, li “s-sinodalità, teħtieġ konverżjoni kemm personali kif ukoll komunitarja li toriġina fit-talb u hija sostnuta mit-talb tagħna. It-talb tagħna, li joħroġ mis-skiet u l-kontemplazzjoni, jista’ jkun ta’ għajnuna kbira għall-Knisja kollha”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-10/click-to-pray-pope-prayer-intention-app-synod.html