Ġwanni Pawlu II jfakkar lil Papa Ġwanni XXIII

Print Friendly, PDF & Email

QUDDIESA F’SOTTO L MONTE
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Sotto il Monte, 26 ta’ April 1981

Għeżież ħuti u wliedi!

  1. “Ikkuntemplajna, o Alla / il-meravilji ta’ mħabbtek!”.
    Dan il-kliem tal-liturġija joqgħod tajjeb għal din “id-“Domenica in Albis”, li fiha qegħdin infakkru ċ-Ċentinatrju tat-twelid tal-Papa Ġwanni XXIII fil-pajjiż ta’ twelidu, ejjew nikkuntemplaw id-don meraviljuż li l-Mulej għamlilna b’ħajtu u tagħlimu.
    Huwa b’moħħ imfawwar bil-ferħ u bi tqanqil li llum ninsab hawn, ġo Sotto il Monte, għal din iċ-ċerimonjsa sollenni u tant sinifikattiva, iċċelebrata magħkom, li nagħtikom it-tislima ta’ mħabba tiegħi.
    Imbnuttatni ‘l hawn ix-xewqa ħerqanissma li nattribwixxi lill-meqjum predeċessur unur u għarfien li jixirqulu mhux biss mill-Knisja, imma mill-bnedmin kollha, li gawdew mit-tieba tiegħu u minn għaqlu.
    Il-biċċa l-kbira tagħkom, abitanti ta’ Sotto il Monte u ta’ Betgamo, kontu tafu lill-Papa Ġwanni, rajtuh, iltqajtu miegħu, kellimtuh, smajtu leħnu, sħun, amorevoli u perswassiv, sensibbli għal kull ferħ u għal kull tbatija umana. U jien ukoll niftakru bi tqanqil ħaj fl-ewwel assemblea tal-Konċilju Vatikan II u b’mod speċjali fil-laqgħa finali tagħha, meta tana t-tislima, li kellha tkun arrivederci, u minflok kienet l-aħħar addijo.
    U b’mod speċjali nieħu gost niftakar l-imħabba li l-Papa Ġwanni dejjem ħass lejn Art Twelidi, il-Polonja. Huwa, nhar is-17 ta’ Settembru 1912, fl-okkażjoni tal-Kungress Ewkaristiku ta’ Vienna, żar Krakovja u ċċelebra fil-Katidral. Fl-altar tas-Salib mirakoluż ta’ Wavel, kif hu kien iħobb jiftakar b’eżattezza estrema ta’ partikolari; barra minn dan żar bosta drabi s-Santwarju marjan ta’ Jasna Góra, waqt li skopra fis-sentimenti reliġjużi tal-poplu tiegħu xi ħaġa simili,li kienet iġġegħlu jħoss u li kienet issabbru.
    Kien ġust, għalhekk, kien doveruż, li f’ċirkostanza hekk singolari u sollenni, is-suċċessur tiegħu fuq il-Katedra ta’ Pietru, jiġi f’dan il-pajjiż ta’ twelidu biex jimmedita dwar il-messaġġ tiegħu u jieħu n-nifs tal-ispiritwalità tiegħu.
  2. Kif intom tafu sewwa, nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru 1881, fil-familja Roncalli twieled Angelo Giuseppe, ir-rabà minn tlettax-il wild, u dakinhar stess filgħaxija il-qampiena tal-knisja parrokkjali daqqet, biex tħabbar il-Magħmudija li kienet seħħet.
    U hekk illum aħna nfakkru mhux biss it-twelid għad-dawl tax-xemx taċ-ċkejken “Anġelino”, imma wkoll it-twelid spiritwali għall-ħajja tal-grazzja u tal-fidi ta’ dak li kellu jsir, Bħal ma jgħid Pawlu VI, “Il-Papa tat-tjubija, tal-manswetudni, tal-pastoralità tal-Knisja” (Insegnamenti di Paolo VI, vol. I [1963] 534); il-Papa ħadd li kien jaf iħobb lil kulħadd u li kien maħbub minn kulħadd għall-karatteristiċu ta’ paternità, ta’ serenità, ta’ sensibiltà umana u saċerdotali. Infatti, il-mottiv tas-suċċess hekk straordinarju tiegħu fl-istima u fl-imħabba tad-dinja kollha, dak iż-żmien u llum, kienet tjubitu: l-umanità għandha bżonn estrem tat-tjubija, u minħabba dan ħabbet lill-Papa Ġwanni u għadha s’issa tqimu u titolbu.
    Donni narah f’dawn it-toroq, f’dawn l-għoljiet, fost dawn id-djar, f’din il-kampanja, hekk b’mod ħerqan maħbubaa u mfakkra b’tenerezza sal-aħħar jiem tal-ħajja, il-“bejta għażiża tiegħu ta’ Sotto il Monte”, li fiha is-snin kollha, meta kien possibbli, bħala saċerdot, bħala Isaqof, bħala Kardinal, kien jiġu biex ifittex rifuġju, biex jintempra l-ispirtu tiegħu “in gratia et fide”, kif kienu edukawh il-ġenituri tiegħu u parrinuh, il-barba Zaverio.
  3. Li kellna nistaqsu fejn u kif il-Papa Ġwanni kiseb tali doti ta’ tjubija u paternità, magħquda ma’ fidi nisranija dejjem integra u pura, ikun faċli li nwieġbu: mill-familja tiegħu.
    Huwa stess, tul ħajtu twila u f’numru mill-ikbar tal-kibiet privati u uffiċċjali tiegħu, ifakkar, bi tqanqil u rikonoxxenza, il-fuklar domestiku patrijarkali tiegħu, is-snin ta’ tfulitu u tal-adoloxxenza mgħoddija f’ambjent ċar u seren, li fih l-istil kienet il-grazzja ta’ Alla migħuxa b’sempliċità u koerenza, ir-regola tal-ħajja kienet il-katekiżmu u t-tagħlim parrokkjali, il-konsolazzjoni kien it-talb, b’mod speċjali l-quddiesa festiva u r-Rużarju ta’ filgħaxija, l-impenn ta’ kuljum kienet il-karità: “Konna foqra – kiteb il-Papa Ġwanni – imma kuntenti, fiduċjużi fl-għajnuna tal-Providenza, Meta xi tallab kkien ifiġġ fil-bieb tal-kċina, fejn xi għoxrin tifel u tifla kienu jistennew l-iskutella tal-minestra, post iktar dejjem kien ikun hemm. Ommi kienet tħaffef biex tqiegħed bilqiegħda lilll-mistieden ħdejna” (Ġwanni XXIII Il giornale dell’anima, IV, ed., Appendice).
    Il-katekeżi familjari u parrokkjali kien l-ikel spiritwali tiegħu’; il-fedeltà lejn il-prattiċi tal-ħniena u lejn ir-riti tal-Knisja kien l-impenn kostanti tiegħu, għaliex fil-ġenituri kellu l-eżempju, l-istimulu u l-ewwel skola tat-tejoloġija tiegħu. Bi dħulija ħelwa ifakkar f’diskors: “Ix-xbiha għażiża tal-Madonna, taħt it-titlu ta’ “Awżiljatriċi”, kienet għal bosta snin familjari għal għajnejna ta’ tfal u ta’ adoloxxenti fid-dar tal-ġenituri tagħna” (Discorsi, Messaggi, Colloqui del Santo Padre Giovanni XXIII, vol. IV, p. 307). U fid-diskors li għamel f’għeluq it-tmenin sena tiegħu qal: “Huwa minn dawn it-tifkiriet li ħadt il-bidu u l-ikel tal-qima meta wieħed jirreferi għall-ħajja reliġjuża, għas-santwarju tal-familji tagħna. Modesti, ħsaddiema, ġentili ta’ Alla u sereni” (Ivi, p. 23).
    Fil-lejl tal-Milied tal-1959, huwa b’nostalġija ħajja reġà lura għaż-żminijiet imbegħda u b’sempliċità u għaqal indika l-linji tad-duttrina nisranija dwar il-familja: “Kemm kienu migħuxa sewwa r-realtajiet il-kbar tal-familja nisranija! Għerusija fir-rifless tad-dawl ta’ Alla, żwieġ sagru u sagrosant fir-rispett tal-erbà karatteristiċi magħrufa: fedeltà, kastità, imħabba mutwa, u biżà qaddis tal-Mulej; spirtu ta’ prudenza, ta’ sagrifiċċju fl-edukazzjoni attentat tal-ulied; u dejjem f’kull ċirkustanza, l-imħabba tal-proxxmu, maħfra, spirtu ta’ paċenzja, fiduċja, rispett lejn l-oħrajn. Huwa b’dan il-mod li tinbena dar li ma taqax” (Discorsi, Messaggi, Colloqui del Santo Padre Giovanni XXIII, II, p. 96).
  4. Il-fidi tiegħu originat mill-familja, illuminata u mwettqa mill-istudju serju u metodiku mwettaq fis-Seminarju fil-benniena tal-Iskrittura Sagra, tal-Maġisteru tal-Knisja, tal-Patristika u tat-Tejoloġija ikkwalifikata u approvata, imbagħad ikkumpanjata tul il-korsa tas-snin tal-qari u tal-meditazzjoni tas-surmastrijiet il-kbar tal-axxetika u tal-mistika, baqgħet b’dan il-mod dejjem integra u profonda, mingħajr ma ġarrbet il-konfużjonijiet tal-moderniżmu, mingħajr ma qatt bidlet id-direzzjoni tsat-triq retta tal-verità. Fl-1910 huwa kiteb fil-Ġurnal tar-ruħ: “Niżżi ħajr għarkubbtejja lill-Mulej li żammni qawwi u sħiħ f’nofs tant ferment u aġitazzjoni tal-ilsien u tal-moħħ… Għandi dejjem niftakar li l-Knisja tiġbor fiha ż-żgħożija eterna tal-verità ta’ Kristu li hija taż-żminijiet kollha… L-ewwel teżor ta’ ruħi huwa l-fidi, il-fidi mqaddsa skjetta u inġenwa tal-ġenituri tiegħi u tax-xjuħ twajba tiegħi”.
    Minn tali fidi ġenwina trasparenti, instillata mill-familja gelgel ukoll l-abbandun totali u fiduċjuż għall-Providenza espress fil-motto spiratur ta’ ħajtu: “Oboedientia et Pax”; twieldet il-viżjoni soprannaturali u eskatoloġika tal-eżistenza tal-istorja kollha, ligħaliha huwa mexa għad-dawl tan-“novissmi” u tat-“tejoloġija tad-dinja l-oħra”. Din il-fidi, iggustata b’mod intimu bħala Verità assoluta u bħala sinifikat tal-eżistenza umana, esprimiet ruħha bi ħlewwa u b’konfidenza fil-prattiċi tal-ħniena, li jitimgħu l-ħajja nisranija: it-tant devozzjonijiet sbieħ li ffjorixxew tul is-sekli fuq il-blokka tad-domma: l-għaqda ma’ Kristu Ewkaristiku u Mislub, mal-Qalb Imqaddsa id-devozzjoni lejn Marija Santissma, lejn l-Anġli, lejn il-qaddisin; it-tifkira kostanti tal-erwieħ tal-Purgatorju; u naturalment il-visti lis-Santissmu Sagrament, il-Qrar regolari, ir-reċta tar-Rużarju, l-irtiri u l-Eżerċizzi spiritwali, il-meditazzjoni, il-pellegrinaġġi.
    Din hija fidi ġustament u rettament tradizzjonali, li iżda mhix statika, iffriżata, indebitament konsevatriċi fil-bdil esiġenti u travolġenti taż-żminijiet u tas-sitwazzjonijiet; anzi, hija meraviljożament ġovanili, mhix beżżiegħa, miftuħa, dejjiema. Tant li tasal biex toħloq u tibda l-Konċilju Vatikan II u biex tismà b’intelliġenza akuta il-problematiċi kollha li jakkumpanjaw l-epoka moderna, bħal ma juru tajjeb l-enċikliki Mater et Magistra u Pacem in Terris.
    5.Il-Papa Ġwanni kien tassew bniedem mibgħut minn Alla! Għani u prezzjuż immensament huwa l-wirt li ħallielna. Imma f’din l-art li wellditu, fejn mill-familja ħa l-ewwel żerriegha tal-fidi li mbagħad żviluppat b’mod hekk sorprendenti u fertili, jiena nixtieq infakkar u niġbor b’mod partikolari dak kollu li huwa jgħidilna rigward il-familja.
    Huwa kien diġa wissa dwar il-perikli li kienu qegħdin ifiġġu madwarha: “Dan is-santwarju – kien qal bil-biki f’qalbu – huwa mhedded minn tant tnassis. Propaganda kultant mhix ikkontrollata tinqeda bil-mezzi qawwija tal-istampa, tal-ispettaklu u tad-divertiment biex tferrex, speċjalment fost iż-żgħażagħ, iż-żrieragħ fatali tal-korruzzjoni. Huewa meħtieġ li l-familja tiddefendi ruħha… billi tapprofitta wkoll, meta jkun hemm bżonn, mill-protezzjoni tal-liġi civili” (Discorsi, Messaggi, Colloqui del Santo Padre Giovanni XXIII, I, p. 172). Għalhekk, it-tagħlim tiegħu jibqà validu u perenni, għaliex huwa l-leħen tal-verità u huwa dak li fl-intimu jixtieq u jistenna l-kuraġġ ta’ kull persuna. Nieħu gost nissentetizza dak it-tagħlim f’dawn il-ħames “punti fissi”.
  • Qabel kollox is-sagralità tal-familja, u allura wkoll tal-imħabba u tas-sesswalità: “Il-familja hija don ta’ Alla – kien jgħid – hija timplika vokazzjoni li tiġi mill-għoli, li għaliha dak li jkun ma jimprovizzax” (Discorsi, Messaggi, Colloqui del Santo Padre Giovanni XXIII, III, p. 67). “NFil-familja għandek l-iktar koperazzjoni meraviljuża u stretta tal-bniedem ma’ Alla: iż-żewġ persuni umani, maħluqa xbiha u xebħ ta’ divin, huma msejħa mhux biss għad-dmir kbir li jkomplu u jtawlu l-opra ħallieqa, bl-għoti tal-ħajja fiżika lill-esseri ġodda, li lilhom l-Ispirtu li jagħti l-ħajja jnissel il-prinċipju possenti tal-ħajja mmortali, imma wkoll għall-uffiċċju l-iktar nobbli u li jipperfezzjona l-bidu, tal-edukazzjoni ċivili u nisranija tal-wild” (Ivi, Il, p. 519). Minħabba din il-karatteristika essenzjali, Ġesù ried li ż-żwieġ ikun “Sagrament”.
    -Il-moralità tal-familja. “Ejjew ma nħallux li nkunu mqarrqa, nagħmew, nilludu ruħna – kien iwissi b’għaqal nisrani u patern – is-Salib huwa dejjem l-unika tama ta’ salvazzjoni: il-liġi ta’ Alla hija dejjem hemm, bl-għaxar kmandamenti tagħha, biex tfakkar lid-dinja li fiha biss hija l-protezzjoni tal-kuxjenzi u tal-familji. Li biss fl-osservanza tagħha hemm is-sigriet tal-paċi u tat-trankwillità tal-kuxjenza. Min jinsa dan, ukoll jekk jidher li qed jaħrab minn kull impenn ta’ serjetà, fil-qrib jew fil-bogħod se jibni id-dwejjaq u l-miżerja tiegħu” (Ivi, II, p. 281-282). U f’okkażjoni oħra kien żied: “Il-kult tal-purezza huwa l-unur u t-teżor l-iktar prezzjuż tal-familja nisranija” (Ivi, IV, p. 897).
  • Ir-responsabiltà tal-familja. Il-Papa Ġwanni għandu fiduċja fl-opra edukattiva tal-ġenituri, sostnuta mill-grazzja divina. Waqt li jindirizza lill-ommijiet kien jgħid: “Leħen l-omm meta tinkuraġġixxi, tistieden, twissi, jibqà minqux b’mod eżawrjenti fil-qalb ta’ wliedha, u qatt iktar ma jinsewh. O, Alla biss jagħraf il-ġid imqanqal minn dan il-leħen, u l-benefiċċju li dan jikseb għall-Knisja u għas-soċjetà umana” (Ivi, II, p. 67). U l-missirijiet ikompli jżid: “Fil-familji fejn il-missier jitlob u għandu fidi ferrieħa u konxja, jiffrekwenta l-istituzzjonijiet ekkleżjastiċi u hemm jieħu lil uliedu, ma jkunx hemm tempesti ta’ deżolazzjoni ta’ żgħożija ribelli u bierda. Il-kelma tagħna trid tkun dejjem ta’ tama; imma aħna ċerti li, f’ċerti espressjonijiet skonfortanti ta’ ħajja ġovanili, l-ikbar responsabiltà għandha titfittex f’dawk il-ġenituri, b’mod speċjali fil-missirijiet tal-familja, li jaħarbu mid-dmirijiet preċiżi u gravi tal-istat tagħhom” (Discorsi, Messaggi, Colloqui del Santo Padre Giovanni XXIII, IV, p. 272).
    -Il-għan tal-familja. Dwar dan il-punt, il-Papa Ġwanni kien ċar u konsistenti: l-għan li għalih twieldet huwa l-qdusija u s-salvazzjoni, u l-familja kienet mixtieqa minn Alla għal dan il-għan. Għoxrin sena ilu, fl-ittra-testment, miktuba fl-okkażjoni ta’ għeluq it-tmenin derna tiegħu, waqt li jfakkar wieħed wieħed l-għeżież familjari tiegħu, kien qal: “dan huwa li l-iktar jgħodd: li wieħed jassikura l-ħajja eterna, billi jafda fit-tieba tal-Mulej li jara kollox u li jipprovdi għal kollox” (3 ta’ Diċembru 1961). U waqt li jikkummenta il-misteri tar-Rużarju wieħed wieħed, kien stqarr li fit-tielet misteru tal-ferħ jitlob għat-tfal kollha tar-razez umani li jkun twieldu fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa (Ivi, IV, p. 241).
  • L-eżemplarità tal-familja nisranija. Il-Papa Ġwanni kien iħeġġeġ b’mod qawwi lill-ġenituri u l-ulied insara biex ikunu eżempju ta’ fidi u ta’ virtù fid-dinja moderna, fuq il-mudell tal-Familja Mqaddsa: “Isd-sigriet tal-paċi vera – kien jgħid – tal-ftehim mutwu u dejjiemi, tal-ħlewwa tal-ulied, tal-fjoritura ta’ drawwa ġentili, jinsab fl-imitazzjoni kontinwa u ġeneruża tal-ħlewwa., tal-modestja, tal-Familja ta’ Nażzaret” (Ivi, II, pp. 118-119). Il-Papa Ġwanni huwa ċert li minn dawn il-familji eżemplari jistgħu iġelglu vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi numerużi u magħżula, minkejja d-diffikultajiet taż-żminijiet.
    Din hija fil-qosor id-duttrina tal-Papa kbir u maħbub rigward il-familja, duttrina li ddoqq kundanna miftuħa tat-tejoriji u tal-proċeduri, li huma kontra l-istitut familjari.
    Il-figura mbissma u twajba tal-Papa Ġwanni, hekk qrib għall-qalb tat-Taljani kollha, tikkontribwixxi biex għal dab’oħra toħroġ mill-ġdid fil-qalb dak il-wirt ta’ tjubija u ta’ solidarjetà, karatteristiku ta’ Poplu li jrid il-ħajja u mhux il-mewt tal-bniedem, il-promozzjoni u mhux il-qerda tal-familja.
  1. Għeżież ħuti u wliedi!” Li merġgħu nsibu ruħna hawn, illum, ġo Sotto il-Monte, mal-Papa Ġwanni biex infakkru ċ-ċentinarju ta’ twelidu, huwa bla ebda dubju ferħ kbir għal kulħadd u konsolazzjoni ħelwa, imma għandu jkun ukoll inċentiv biex dejjem inżommu preżenti l-eżempju tiegħu u biex nisimgħu kelmtu “Kull min jemmen – huwa kiteb fil- Pacem in Terris – għandu jkun xrara ta’ dawl, ċentru ta’ mħabba, ħmira li tgħajjex fil-massa”” (Ġwanni XXIII, Pacem in Terris, 57).
    Dan huwa l-impenn li nħallilkom f’ismu! Inħallih lilkom, abitanti ta’ Sotto il-Monte u tal-art kollha Bergamasksa, minnu tant maħbuba, billi ssegwu l-indikazzjonijiet tal-pjan pastorali, ottimament imħabbar mill-Isqof tagħkom.
    Dan inħallih lill-fidili kollha tal-Knisja, saċerdoti iu lajċi, u nestendih lill-bnedmin kollha ta’ rieda tajba, li kienu kollha miġbuda u mqanqla mill-figura paterna tal-Papa Ġwanni.
    Jalla tkun wirt prezzjuż ta’ kulħadd id-devozzjoni delikata lejn Marija Santissma, li dejjem immarkat ħajtu. “Għal xejn iktar ma hija titlob għajr biex tirrendi iktar soda u operanti l-fidi tagħna”, dan huwa kliemu. “Marija se tgħin lilna lkoll, li aħna Pellegrini hawn isfel: bil-għajnuna tagħha nkunu nafu negħlbu d-dwejjaq li ma jonqsux u l-isfortuni tal-ħajja u twassalna li nidraw inħarsu lejn is-sema, b’serenità u ferħ” (Diskorsi, Messaġġi, Djalogi tal-Papa Ġwanni XXIII, p. 707.).
    Il-Papa Ġwanni jakkumpanjana bl-eżempju tiegħu u bit-talb tiegħu għal għonq it-toroq iebsa ta’ ħajjitna, Huwa hu ħabib tajjeb: ejjew nisimgħuh! Il-wirt tiegħu huwa tassew barka!

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: