Fil-15 ta’ Mejju 2022, il-Papa Franġisku se jikkanonizza lill-Beatu Charles De Foucauld, meqjus bħala wieħed mill-pijunieri tad-djalogu interreliġjuż, flimkien ma’ sitt Beati oħra, waqt Quddiesa ta’ Kanonizzazzjoni fil-Bażilika ta’ San Pietru.
It-tħabbira saret nhar it-Tlieta, mill-Kongregazzjoni għall-Kawża tal-Qaddisin. Dan isegwi l-Konċistorju Pubbliku Ordinarju tat- 3 ta’ Mejju 2021, li bih il-Papa kien awtorizza l-kanonizzazzjonijiet, mingħajr ma stabbilixxa data għaċ-ċerimonja minħabba l-emerġenza tas-saħħa kkawżata mill-pandemija tal-Covid-19.
Il-Beatu Charles de Faoucauld, imwieled fil-1858, kien aristotratiku u reliġjuż Franċiż, li x-xogħol u l-kitbiet tiegħu wasslu għat-twaqqif tal-Kongregazzjoni tal-Fratelli Żgħar ta’ Ġesù. Matul il-ħajja avventuruża tiegħu, kien Uffiċjal tal-Kavallerija fl-Armata Franċiża, u mbagħad esploratur u ġeografiku qabel sar qassis u eremita Kattoliku li għex fost it-Tuareg fid-Deżert tas-Saħara tal-Alġerija. Huwa għex ħajja ta’ talb, meditazzjoni u adorazzjoni, fix-xewqa bla waqfien li jkun, għal kull persuna, “ħu universali”, xbieha ħajja tal-imħabba ta’ Ġesù. Huwa inqatel minn briganti filgħaxija tal-1 ta’ Diċembru 1916.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: