Wasal iż-żmien li lill-foqra tintraddilhom il-kelma

Print Friendly, PDF & Email

Diskors tal-Papa Franġisku f’Assisi. 12 ta’ Novembru 2021

Spiss il-preżenza tal-foqra narawha bħala fastidju u nagħmlu mod nissaportuha; xi drabi tisma’ min jgħid li dawk responsabbli għall-faqar huma l-istess foqra: insult fuq ieħor! Biex ma nagħmlux eżami serju ta’ kuxjenza fuq l-għemejjel tagħna, fuq l-inġustizzja ta’ xi liġijiet u provedimenti ekonomiċi, eżami ta’ kuxjenza fuq l-ipokrezija ta’ min irid jimla butu u m’għandux xaba’, nixħtu t-tort fuq dahar l-iżjed dgħajfa.

Ara d-diskors kollu tal-Papa Franġisku …

Il-Papa Franġisku jingħaqad ma’ 500 pellegrin fqir f’Assisi: ‘Wasal iż-żmien li l-foqra jingħataw leħinhom’ (Il-Ġimgħa 12 ta’ Novembru 2021)

Imma wasal iż-żmien li lill-foqra tintraddilhom il-kelma, għax għal wisq żmien it-talbiet tagħhom baqgħu mhux mismugħa. Wasal iż-żmien li jinfetħu l-għajnejn biex naraw l-istat ta’ nuqqas ta’ ugwaljanza li fih qed jgħixu tant familji. Wasal iż-żmien li nxammru l-kmiem biex irroddu dinjità billi noħolqu postijiet ta’ xogħol. Wasal iż-żmien li nerġgħu nibdew niskandalizzaw ruħna quddiem ir-realtà ta’ tfal mejtin bil-ġuħ, ridotti għall-jasar, jiġġerrew fuq il-baħar f’ħalq in-nawfraġju, vittmi innoċenti ta’ kull xorta ta’ vjolenza. Wasal iż-żmien li jieqfu l-vjolenzi fuq in-nisa u dawn jiġu rrispettati u mhux ittrattati bħala merċa ta’ skambju. Wasal iż-żmien li nkissru ċ-ċirku tal-indifferenza biex nerġgħu niskopru l-ġmiel tal-laqgħa u tad-djalogu. Wasal iż-żmien li niltaqgħu. Wasal il-mument tal-laqgħa. Jekk l-umanità, jekk aħna l-bnedmin ma nitgħallmux niltaqgħu, veru mexjin lejn tmiem tassew ikrah.

Ara d-diskors kollu tal-Papa Franġisku …

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: