Il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fil-parroċċi

Print Friendly, PDF & Email

Fi tmiem il-quddies tas-Solennità ta’ Kristu Re nhar it-22 ta’ Novembru 2020, il-Papa Franġisku sejjaħ biex terġa’ titnieda ċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fil-knejjes. Dakinhar ħabbar li din iċ-ċelebrazzjoni, li tradizzjonalment kienet issir f’Ħadd il-Palm, minn din is-sena tibda ssir fis-Solennità ta’ Kristu Re.

Ara l-Messaġġ tal-Papa Franġisku għas-36 Jum Dinji taż-Żgħażagħ li jkun iċċelebrat il-Ħadd 21 ta’ Novembru 2021 …

Minħabba li r-restrizzjonijiet tal-pandemija jimpedixxu li tittella’ ċelebrazzjoni fuq livell djoċesan, il-Malta Catholic Youth Network (MCYN) ippreparat gwida dwar kif tista’ ċċelebrata din l-okkażjoni f’kull parroċċa permezz ta’ velja ta’ talb u quddiesa ddedikata apposta.

Il-gwida, li nħadmet bl-Ingliż u bil-Malti, tispjega pass pass kif tista’ ssir il-velja ta’ talb, kif ukoll tagħti xi suġġerimenti dwar kif issir iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa. Naturalment dawn il-linji gwida jistgħu jiġu emendati għall-ħtiġijiet tal-parroċċa.

“Nittamaw li din isservi ta’ ċelebrazzjoni li tgħaqqad l-entitajiet differenti preżenti f’ħafna mill-parroċċi tagħna,” qal kelliem għal MCYN.

Ikkuntattja lil MCYN għal aktar tagħrif jew biex tgħaddi s-suġġerimenti tiegħek.

Ara l-Messaġġ tal-Papa Franġisku għas-36 Jum Dinji taż-Żgħażagħ li jkun iċċelebrat il-Ħadd 21 ta’ Novembru 2021 …

Leave a Reply

%d bloggers like this: