Ġwanni Pawlu IIf’Kungress tal-Movimenti fil-Knisja

Print Friendly, PDF & Email

QUDDIESA GĦAL DAWK LI ĦADU SEHEM FIL-
KUNGRESS “MOVIMENTI FIL-KNISJA”
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Castelgandolfo, 27 ta’ Settembru 1981

1. Jiena kuntent ħafna b’din il-laqgħa u nsellmilkom bil-qalb, għeżież parteċipanti tal-Kungress internazzjonali “Movimenti fil-Knisja”.

2. Bħal ma tafu tajjeb, il-Knisja stress hija “moviment”. U, fuq kollox, hija misteru: il-misteru tal-“Imħabba” eterna tal-Missier, ta’ qalbu paterna, li minnha jieħdu bidu l-missjoni tal-Iben u l-missjoni tal-Ispirtu Santu. Il-Knisja mwielda minn din il-missjoni ssib ruħha “in statu missionis”. Din hija “moviment” li jippenetra fil-qlub u fil-kuxjenzi. Hija “moviment”, li jinkiteb fl-istorja tal-bniedem-persuna u tal-komunitajiet umani.

Il-“movimenti” fil-Knisja għandhom jirriflettu fihom il-misteru ta’ dik l-“imħabba”, li minnha twieldet u kontinwament titwieled. Id-diversi “movimenti” għandhom jgħixu l-milja tal-Ħajja trażmessa lill-bniedem bħala don tal-Missier f’Ġesù Kristu bl-opra tal-Ispirtu Santu. Għandhom iwettqu f’kull milja possibbli l-missjoni saċerdotali, profetika u rjali ta’ Kristu, li hija pparteċipata mill-Poplu kollu ta’ Alla.

3. Il-“movimenti” fi ħdan il-Knisja-Poplu ta’ Alla jesprimu dak il-moviment multiplu, li huwa t-tweġiba tal-bniedem għar-Rivelazzjoni, għall-Vanġelu:
il-moviment lejn l-istess Alla Ħaj, li tant ressqu lejn il-bniedem; il-moviment lejn l-intimu propju, lejn il-kuxjenza propja u lejn qalbu propja, li fil-laqgħa ma’ Alla tiżvela l-profondità lejn l-istess Alla Ħaj li hija propja tiegħu; il-moviment lejn il-bnedmin, ħutna rġiel u nisa, li Kristu jqiegħed fit-triq ta’ ħajjitna; il-moviment lejn id-dinja, li tistenna fiha bla taqtà “r-rivelazzjoni ta’ wlied Alla” (Rm 8,19).

Id-dimensjoni sustanzjali tal-moviment f’kull direzzjoni msemmija hawn fuq hija l-imħabba: “l-imħabba ta’ Alla ssawbet fi qlubna permezz tal-Ispirtu Santu li ngħatalna” (Rm 5,5).

4.Inħaddan b’qalbi kollha wieħed wieħed lill-parteċipanti fil-kungress u nestendi il-wegħdi l-iktar kordjali ta’ kull ġid lill-“movimenti kollha li intom tirrapreżentaw: Komunjoni u Liberazzjoni, “Swiatlo-Zycie”, Fokolari, Cursillos de Cristiandad, Tiġdid fl-Ispirtu, Schönstatt, Équipe Nôtre-Dame, Oasi, Komunità ta’ ħajja nisranija. Inbierek bil-qalb lil kulħadd.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: