Spazju miftuħ għall-familji fil-knisja f’Tal-Pietà

Print Friendly, PDF & Email

Se jsir proġett ġdid ta’ tħaddir urban fi spazju miftuħ fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta’ Fatima, Tal-Pietà. Fi stqarrija tal-Ministeru għall-Ambjent intqal li dan se jservi bħala spazju miftuħ sostenibbli li se jiġi implimentat minn Ambjent Malta.

Dan il-proġett tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, Aaron Farrugia li spjega li dan se jsir b’ investiment ta’ iktar minn €100,000 jinkludi l-ħolqien ta’ spazju miftuħ aħdar, l-installazzjoni ta’ tankijiet tal-ilma li jistgħu jaħżnu madwar 15,000 litru ilma tax-xita, sistema ta’ tisqija u sistema tad-dawl ġdida. Bħala parti minn dan il-proġett se jitħawlu ukoll numru ta’ siġar u arbuxelli.

Il-Ministru Farrugia qal li dawn il-proġetti ta’ tħaddir fil-komunitajiet huma ta’ benefiċċju għall-ambjent. Huwa qal li dawn il-proġetti qed jagħti lura spazji ħodor miftuħa lill-komunità, u se jservi bħala post fejn iċ-ċittadini jkunu jistgħu jgawdu l-ħin tagħhom mal-familji tagħhom.

Dan il-proġett se jservi biex l-ilma tax-xita, jintuża biex jissaqqew s-siġar u l-arbuxelli mħawla. L-ispazju miftuħ se jservi wkoll bħala insulazzjoni, peress li għandu l-kapaċità li jżomm is-sħana fix-xitwa u jżomm it-temperaturi friski fis-sajf. B’hekk se jtejjeb l-effiċjenza tal-enerġija tal-bini.

Sors: Newsbook.com.mt

Sors: www.knisja.mt

Ritratti: www.knisja.mt/ritratti