Hawn min jgħid li t-12-il kewkba fil-bandiera tal-Unjoni Ewropea kienu ispirati minn 12-il-kewkba li jissemmew fil-ktieb tal-Bibbja, l-Apokalissi. Jekk inhu hekk – għax verżjoni oħra hi li għax dak iż-żmien kienu 12 il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropeja – dan kien juri r-ruħ Nisranija tal-Ewropa.
Imma hemm aspett ieħor: għal numru sabiħ ta’ snin, l-Unjoni Ewropea kellha programm ta’ taħriġ għall-uffiċjali tad-Dwaniet li kienu qed jaspiraw li jidħlu fl-Unjoni, fosthom Malta. Dan il-programm semmewh ‘MATTHEUS’, għall-appostlu San Mattew, billi x-xogħol tiegħu meta sejjaħlu Ġesù’ kien fuq il-bank tad-Dwana.
B’differenza għal dik tat-12- il-kewkba, din ta’ San Mattew ħadd ma jista’ jmeriha, għax jiena kont sehem fil-kumitat li kien imexxi l-programm ‘MATTHEUS’, programm li kien ta’ għajnuna kbira għal Malta. Dan qed ngħidu b’dispjaċir li l-linji gwida li qed tipproponi l-Unjoni Ewropea huma miżura biex jitnaqqru l-valuri Kristjani li kellha l-Ewropa u li probabbli se jaffettwaw lilna wkoll.
Kitba ta’ Joe Galea