L-UE għandha taqbad f’idejha l-ideali tal-Missirijiet fundaturi tagħha

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku waqt il-Konferenza Stampa li ta fit-titlira mill-Greċja lura lejn Ruma. 6 ta’ Diċembru 2021.

Aħ, int qed tirreferi għad-dokumenti tal-Unjoni Ewropea fuq il-Milied… Huwa anakroniżmu dan. Fl-istorja kien hemm ħafna u ħafna dittaturi li ppruvaw jagħmluh dan. Jiġini f’moħħi Napuljun. Tiġini f’moħħi d-dittatura Nażista, jew dik Komunista… Hija moda ta’ lajċità żvojtata, ilma distillat… Imma din il-ħaġa fl-istorja ma ħadmitx. Dan iġagħalni naħseb f’ħaġa, la qed nitkellmu fuq l-Unjoni Ewropea, li naħseb hemm bżonnha: l-Unjoni Ewropea għandha taqbad f’idejha l-ideali tal-Missirijiet fundaturi tagħha, li kienu ideali ta’ għaqda, ta’ kobor, u toqgħod attenta biex ma tagħmilx wisa’ għall-kolonizzazzjonijiet ideoloġiċi. Dan jista’ jasal biex jifred il-pajjiżi u l-Unjoni Ewropea tispiċċa tfalli. L-Unjoni Ewropea għandha tirrispetta lil kull pajjiż kif inhu strutturat minn ġewwa. Il-varjetà tal-pajjiżi, u mhux tipprova tagħmel lil kulħadd uniformi.

Jiena nemmen li mhix se tagħmel hekk, ma kinitx l-intenzjoni tagħha, imma aħjar toqgħod attenta, għax xi drabi jiġu u jixħtu hemm proġetti bħal dan u ma jafux x’inhuma jagħmlu… Le, kull pajjiż għandu l-partikularità tiegħu, imma kull pajjiż hu miftuħ għall-oħrajn. Unjoni Ewropea: is-sovranità tagħha, is-sovranità tal-aħwa f’għaqda li tirrispetta s-singularità ta’ kull pajjiż. U noqogħdu attenti biex ma nkunux aħna li nġorru kolonizzazzjonijiet ideoloġiċi. Għalhekk, dak l-intervent fuq il-Milied hu anakroniżmu.

Ara test kollu tal-Konfrenza Stampa bil-Malti …

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: