Il-Missjunarji tal-Karitá, qed jiffaċċjaw dewmien fl-approvazzjoni tal-fondi barranin.

Print Friendly, PDF & Email

Fil-Milied waslet l-aħbar dwar il-mossa li għamel il-gvern Indjan biex jimblokka fondi barranin għall-Missjunarji tal-Karitá, li waqfet il-qaddisa Madre Tereża ta’ Kalkutta. Din il-mossa qajmet reazzjonijiet ta’ tħassib fi żmien li l-partit fil-gvern tal-pajjiż qed jiġi akkużat li qed jippromwovi attakki ta’ mibegħda fuq minoranzi reliġjużi.

Skond stqarrija maħruġa nħar it-Tnejn, mill-Ministeru tal-Intern tal-Unjoni Indjana, l-Missjunarji tal-Karitá ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet taħt il-liġijiet lokali. Għalhekk irrifjutaw l-applikazzjoni biex tiġġedded liċenzja li tippermetti lis-sorijiet jirċievu fondi minn barra l-pajjiż.

L-aħbar qanqlet għajb immedjat li wasslu għal allegazzjonijiet li fil-Milied, il-Ministeru tal-Unjoni kien iffriża l-kontijiet bankarji kollha tal-Missjunarji tal-Karitá fl-Indja, azzjoni li se tħalli impatt fuq għexieren ta’ eluf ta’ pazjenti u impjegati li se jibqgħu mingħajr ikel u mediċini.

Madankollu, l-Missjunarji tal-Karitá ħarġu stqarrija t-Tnejn, fejn iċċarraw li l-Ministeru tal-Intern ma kienx iffriża l-kontijiet tagħhom. Fl-istqarrija żiedu li peress li l-applikazzjoni tagħhom għat-tiġdid tal-Att dwar ir-Regolament ta’ Kontribuzzjoni Barranija ma ġietx approvata, “bħala miżura biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm skadenza, tlabna liċ-entri tagħna biex ma joperaw ebda kontijiet tal-fondi tal-karitá sakemm il-kwistjoni tiġi solvuta”. Din l-istqarrija ġiet maħruġa minn Suor M.Prema, s-Superjura Ġenerali tal-Missjunarji tal-Karitá, ġewwa Calcutta.

Il-leġiżlazzjoni li tirregola l-kontribuzzjonijiet barranin lill-organizzazzjonijiet tal-karitá Indjana ġiet issikkata fl-2020 mill-gvern Modi, u ħoloq diffikultajiet għal ħafna organizzazzjonijiet internazzjonali li joperaw fl-Indja. Fil-klima politika attwali, l-minoranzi reliġjużi qed jiffaċċaw ostakli li qed jikbru fi klima diviżiva fomentata minn nazzjonalisti Hindu li jakkużaw lill-organizzazzjonijiet Kattoliċi bi proselitiżmu. Insara u kritiċi oħra qalu li l-ġustifikazzjoni tal-prevenzjoni tal-konverżjonijiet hija falza u jinnotaw li l-Insara jirrappreżenaw biss 2.3 fil-mija tal-1.37 biljun ruħ fl-Indja, filwaqt li l-Ħindu huma l-maġġoranza assoluta, li jammontaw għal kważi 80 fil-mija tal-popolazzjoni tal-pajjiż.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2021-12/india-mother-teresa-missionaries-foreign-funds-fcra.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: