Knejjes Ungeriżi joffru l-ferħ tal-Milied fil-kaxxi taż-żraben.

Print Friendly, PDF & Email

Bl-awtoritajiet jirrappurtaw għadd għoli ta’ mwiet minħabba l-Covid-19, il-knejjes bdew jilħqu lit-tfal fqar fl-Ungerija. Il-‘Hungarian Baptist Charity’ qalet li ġabret kważi 51 elf donazzjoni individwali ppakkjati f’kaxxi taż-żraben bħala rigali tal-Milied lit-tfal f’familji foqra. Innutaw li fl-aħħar jumejn tal-Kampanja tal-Kaxxa taż-Żarbun, li saret għat-18-il darba din is-sena, ħarġu madwar 10 elef donazzjoni.

Xi kaxxi b’donazzjonijiet ntbagħtu wkoll lit-tfal Ungeriżi etniċi fir-Rumanija ġirien u l-Ukrajna. Kien daqsxejn ta’ ferħ għat-tfal, inkluż dawk li tilfu l-ġenituri, attribwit għall-pandemija tal-koronavirus.

L-awtoritajiet qed jgħidu lin-numri ta’ mwiet relatat mal-koronavirus qed joqrob l-40,000 fuq popolazzjoni ta’ kważi 10 miljun ruħ. Ħafna huma anzjani b’kundizzjonijiet tas-saħħa sottostanti. Madankollu, ċ-ċifri qanqlu lill-president tal-Ungerija u lis-Sinjura tiegħu biex jistabbilixxu qabel il-Milied fondazzjoni bl-isem ‘Fondazzjoni Regőczi, bl-isem tal-qassis Kattoliku István Regőczi, li matul ħajtu ħa ħsieb l-orfni, inkluż meta salva tfal Lhud min-Nazi fit-Tieni Gwerra Dinjija.

Ispirati mill-mibki saċerdot, il-President Ungeris Janos Ader u s-Sinjura tiegħu Anita Herczegh qalu li l-fondazzjoni tagħhom tipprovdi appoġġ fit-tul u personalizzat lil madwar elf tifel u tifla orfni mill-koronavirus. Saħansittra ġabru kważi miljun ewro fl-aħħar jiem f’donazzjonijiet permezz tat-televiżjoni nazzjonali.

B’inizjattivi ta’ fidi qed jiżdiedu, katina ta’ ħwienet kbar li qed jingħaqdu flimkien mal-isforz billi jipprovdu lil-aġenzija tas-Salib l-Aħmar ungeriż madwar 34 tunnellata ta’ oġetti għal madwar 10 elef ruħ u familji fil-bżonn. L-aġenzija qalet li l-oġġetti jinkludu ikel durabbli, provvisti sanitarji u iġjeniċi, ħelu u ġugarelli mogħtija minn klijenti f’24 ħanut dipartimentali.

Għalkemm l-Ungerija hija pajjiż fl-Unjoni Ewropea, għadha tbati mill-wirt ta’ għexieren ta’ snin ta’ ħakma Komunista u t-trażiżżjoni tagħha lejn ekonomija tas-suq.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/world/news/2021-12/hungary-christmas-charities-poverty-coronavirus.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: