X’ma qalx il-Konċilju

Print Friendly, PDF & Email

Kitba ta’ Dun Ġużepp Pace (2002)

Il-Konċilju Vatikan II ma kienx Konċilju ta’ definizzjonijiet. Ma ħareġ bl-ebda duttrina ġdida. Ma taniex lista ta’ liġijiet. Ma kienx Konċilju ta’ dokumenti – għad li sebaq il-Konċilji kollha fil-għadd ta’ dokumenti.

Il-Konċilju Vatikan II kien proċess, moviment, li beda u għadu sejjer sal-lum. Ġwanni XXIII sejjaħlu aġġornatment. Pawlu VI sejjaħlu rinnovament, tiġdid.

Il-Konċilju Vatikan II kien ġrajja, epika, marbuta mal-ġrajjiet tad-dinja ta’ żmienna; u marbuta ħaġa waħda mal-karattru u l-personalità tal-protagonisti li ħadu sehem fih, f’Ruma, f’Malta u barra minn Malta.

Kien avventura li wkoll bdiet u għadha sejra sal-lum.

Fl-2002, għall-okkażjoni tal-40 anniversarju mill-bidu tal-Konċilju, Dun Ġużepp Pace kien ippublika il-ktieb, X’ma qalx il-Konċilju

Minn dakinhar għaddew 20 sena oħra, u llum qed nippublikaw dan il-ktieb mill-ġdid, din id-darba f’format diġitali fuq il-Laikos.

Fil-11 ta’ Ottubru 2022 ikun is-60 anniversarju mill-bidu tal-Konċilju, imma dak li seħħ dakinhar għad irid iseħħ illum.

X’ma qalx il-Konċilju. Kitba ta’ Dun Ġużepp Pace

Aktar fuq il-Konċilju Ekumeniku Vatikan II, fil-Laikos …

%d bloggers like this: