Ġwanni Pawlu II fil-Kunċizzjoni

Print Friendly, PDF & Email

SOLENNITÀ TAL-IMMAKULATA KONĊEZZJONI
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore,
8 ta’ Diċembru 1981

1. “Xejn mhu mpossibbli għal Alla…” (Lq 1,37)

Il-Knisja fil-liturġija tallum, tirrikorri għal dan il-kliem, billi tixtieq tonora l-misteru tal-Immakulata Konċezzjoni ta’ Marija. Tirrikorri għall-kliem tal-Annunzjazzjoni, għall-kliem ta’ Gabrijel, li ismu jfisser: “il-qawwa tiegħi hija Alla”.,

Mhijiex forsi appuntu l-omnipotenza ta’ Alla, il-potenza nfinita ta’ mħabbtu u tal-grazzja tiegħu li jiġu mħabbra minn dan il-messaġġier singulari? U flimkien miegħu tħabbru wkoll f’ċertu sens il-Knisja kollha, fi smigħ kontinwu tal-kliem tal-aħbar tiegħu u billi tirrepetih bosta drabi: “Xejn mhu mpossibbli għal Alla”.

B’dik l-omnipotenza biss li tħobb, bil-potenza nfinita biss li tħobb wieħed jistà jispjega l-fatt li Alla-Verb, Alla-Iben isir bniedem. Bl-omnipotenza biss li tħobb, bil qawwa inpenetrabbli biss tal-imħabba ta’ Alla wieħed jistà jispjega l-fatt li l-Verġni – bint ġenituri umani u ta’ ġenerazzjonijiet umani – issir Omm Alla.

Bdanakollu dan il-fatt Għaliha stess kien inkomprensibbli. “Kif inhu possibbli? La ma nagħrafx raġel” (Lq 1,34).

U probabilment kien diffiċli li jinftiehem mill-poplu, li tiegħu kienet bint, il-poplu li mill-banda l-oħra tul l-istorja tiegħu kollha kien jistenna propju dan biss: il-miġja tal-Messija, u f’dan kien jara l-iskop ewlieni tal-vokazzjoni tiegħu, tal-provi u tat-tbatijiet tiegħu.

U dan il-fatt hu diffiċli li jkun mifhum minn tant bnedmin u nazzjonijiet, ukoll fil-każ li jaċċettaw l-eżistenza ta’ Alla, ukoll jekk jirrikorru għat-tjubija u l-ħniena tiegħu.

Però, “xejn mhu mpossibbli għal Alla”!

2. La darba llum il-Knisja tirreferi għal dan il-kliem, allura huwa wkoll meħtieġ li aħna nfittxu fih t-tweġiba għall-mistoqsija dwar il-misteru tal-Immakulata Konċezzjoni

Ladarba l-omnipotenza tal-Etern Missier u l-qawwa nfinita ta’ mħabba operanti bil-qawwa tal-Ispirtu Santu jagħmlu iva li Bin Alla jsir bniedem fil-ġuf tal-Verġni ta’ Nażżaret, allura l-istess qawwa meta wieħed iqis l-merti tar-Redentur, jipproteġi lil Ommu  mill-wirt tad-dnub oriġinali.

Jagħmilha qaddisa u immakulata sa mill-ewwel waqt tal-konċepiment.

L-istess omnipotenza, l-istess qawwa tal-imħabba, l-istess forza tal-Ispirtu Santu jagħmlu iva li Hi biss, fost l-ulied subien u bniet ta’ Adam, tkun ikkonċepita u tigi fid-dinja “mimlija bil-grazzja”.

Hekk, ukoll fil-waqt tal-Annunzjazzjoni isellmilha Gabrijiel: “Insellimlek, o mimlija bil-grazzja” (Lq 1,28).

3. Niġu llum f’dan is-Santwarju Ruman tal-Ġenetriċi ta’ Alla, imfawra b’qima speċjali għat-Trinirà Qaddisa: imfawra bi gratitudni lejn il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu Santu għal dawn il-“ħwejjeġ kbar”, li l-grazzja tal-Iktar Għoli għamlet sa mill-ewwel waqt ta’ ħajja tal-Verġni ta’ Nażżaret.

Din hija nfatti is-sena li fiha, waqt li niftakru wara elf u sitt mitt sena l-opra tal-ewwel Konċilju ta’ Kostantinopli, niftakru wkoll l-elf u ħamsa u ħamsin anniversarju tal-Konċilju ta’ Efesu.

Propju għal dan fis-sollennità ta’ Għid il-Ħamsin (Pentekoste) inġbarna l-Isqfijiet tal-globu terrestri kollu qrib il-qabar ta’ San Pietru biex inqimu lill-Ispirtu Santu, Paraklitu, f’għaqda spiritwali mal-liturġija tar-ringrazzjament, li saret f’Kostantinopli.

Fil-għaxija tal-istess jum,ġew hawn fil-Bażilika  marjana ta’ Ruma għall-misteru tal-Inkarnazzjoni, li huwa l-opra suprema tal-Ispirtu Santu fl-istorja tas-salvazzjoni. B’dan il-mod ġie meqjum Dak, li “bl-opra tal-Ispirtu Santu inkarna ruħu fil-ġuf tal-Verġni Marija, u sar bniedem”, u ġiet meqjuma Dik, l-Omm Verġni, li l-Knisja sa miż-żminijiet tal-Konċilju ta’ Efesu ssejjaħ “Ġenitriċi ta’ Alla” (Theotokos). Waqt li ssejjaħ hekk lil Marija, il-Knisja tipprofessa l-fidi tagħha fl-ikbar opra salvifika, li Fiha u permezz Tagħha wettaq l-Ispirtu Santu. “Xejn mhu mpossibbli għal Alla”!

4. Ma kontx imħolli nipparteċipa personalment f’dik is-Sollennità storika. Kont ħdimt iżda b’qalbi kollha għat-tħejjija tagħha, billi għaraft li fiha kellha tesprimi ruħha mhux biss il-fidi ta’ żewġ millenji, imma wkoll dak id-djalogu partikolari ta’ mħabba u ta’ fiduċja, li l-Knisja tal-epoka tagħna  tmexxi mal-Ispirtu Santu permezz tal-Qalb tal-Ġenitriċi ta’ Alla. Dan id-djalogu jiżdied b’mod speċjali meta l-Knisja flimkien mal-umanità jgħaddu minn esperjenzi iebsa u provi, u wkoll meta jerġà jitwieled fiha it-tama ta’ tiġdid u ta’ paċi.

Infatti, fil-korsa tas-snin diffiċli tal-aħħar gwerra mondjali, il-Papa Piju XII ikkonsagra l-ġeneru uman kollu lill-Qalb tal-Immakulata, billi nserixxa wara xi snin f’din il-konsagrazzjoni lill-popli partikolarment għeżież għall-Ġenitriċi ta’ Alla: dawk tar-Russja.

Fi żminijietna, flimkien mal-opra tal-Konċilju Vatikan II, twieldet mill-ġdid fil-Knisja it-tama tat-tiġdid. U. waqt li din it-tama tiltaqà ma’ diversi diffikultajiet, waqt li b’mod kontemporanju terġà tħoss bla taqtà t-theddida għall-paċi tħoss li għandha għal darb’oħra ddur lejn l-Ispirtu Santu permezz tal-Qalb tal-Ġenitriċi ta’ Alla, Dik li l-Papa Pawlu VI spiss kien isejjaħ “Omm il-Knisja”.

Propju fil-jum ta’ Għid il-Ħamsin, mela, waqt is-sollennità ċċelebrata f’din il-Bażilika quddiem l-Isqfijiet tad-dinja kollha, kien ippronunzjat l-att ta’ affidament lill-Immakulata Omm Alla, li huwa xhieda tal-imħabba li l-Knisja għandha lejn Marija, billi tiffissa ħarsitha Fiha bħal fil-figura tal-propja maternità. Dan l-att huwa wkoll xhieda ta’ tama, li, minkejja t-theddid kollu, il-Knisja trid ixxandar lill-popli kollha: lil dawk li l-iktar jistennewha, flimkien ma dawk, li l-“affidament tagħhom il-Ġenitriċi ta’ Alla nfisha donnha tistenna b’mod speċjali” (cf. Celebrazioni Commemorative… p. 29).

Dan l-att ta’ affidament nirrepetuh ukoll illum.

5. Il-Providenza bla taqtà ssejħilna biex naqraw b’mod intelliġenti is-“sinjali taż-żminijiet”. U propju billi nsegwu s-sinjali taż-żminijiet, qimna fil-jum ta’ Għid il-Ħamsin it-tifkira taż-żewġ Konċilji kbar tal-Knisja perfettament magħquda. Propju billi segwejna s-sinjali taż-żminijiet, ġeddidna maġemb il-qabar ta’ San Pietru l-fidi fl-Ispirtu Santu li huwa Mulej u jagħti l-ħajja, skont il-kliem tal-Kredu komuni tagħna. Propju billi segwejna s-sinjali taż-żminijiet, erġajna ltqajna flimkien fl-istess jum fis-Santwareju marjan ta’ Ruma.

Is-sinjali taż-żminijiet jikkmandawna li naqraw il-pjanijiet divini billi nmorru lura sal-kliem oriġinarju u l-iktar qadim.

Ma jinstabux forsi fost dak il-kliem ukoll dak tal-Ktieb tal-Ġenesi, li llum kienu mfakkra fl-ewwel qari: “Inqajjem mibegħda bejnek u bejn il-mara, bejn nislek u nisilha: dan jgħaffiġlek rasek u int tgħaffiġlu għarqubu… (Ġen 1,15)?

Is-sinjali taż-żminijiet li nsibu fl-isfera tal-influenza ta’ ġlieda kbira bejn it-tajjeb u l-ħażin, bejn l-asserzjoni u n-negazzjoni ta’ Alla, tat-tama tiegħu fid-dinja u tas-salvazzjoni li Fih għandha il-bidu u t-tmiem tagħha.

Ma jindikawlniex forsi dawn is-sinjali l-Mara, li flimkien magħha irridu ninżlu fix-xifer taż-żmien ippjanat mis-seklu jew mill-millenju li waslu biex jintemmu? Ma jmissniex propju Magħha niffaċċjaw it-tbatijiet, li bihom mimli żmienna? Ma jmissniex propju Fiha nsibu mill-ġdid dik il-qawwa u dik it-tama, li jitnisslu fil-qalb stess tal-Vanġelu?

6. “Xejn mhu mpossibbli għal Alla”!

Ejjew ninġabru fuq il-misteru tal-Immakulata Konċezzjoni.

Ejjew nimmeditaw skont il-maġisteru tal-Konċilju Vatikan II il-preżenza meraviljuża tal-misteru ta’ Kristu u tal-Knisja.

Fis-smigħ tal-Kelma ta’ Alla ħaj, li tkellimna mill-profond tal-ewwel avvent, ejjew noqorbu lejn dan kollu li ż-żmien tal-bniedem u tad-dinja jistgħu  jġibulna. Ejjew inmorru magħqudin mal-Mara per eċċellenza, Marija.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

%d bloggers like this: