Il-Papa kellem lill-President Ukren

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa u Zelenskyy jitkellmu bit-telefon: “Uġigħ kbir għall-gwerra fl-Ukrajna”

Is-Sibt, il-Papa Franġisku kellu konversazzjoni bit-telefon mal-President Ukren Volodymyr Zelenskyy.

Fi stqarrija, d-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, Matteo Bruni, qal li t-telefonata saret hekk kif kienu deħlin aħbarijiet drammatiċi miż-żoni fejn il-gwerra qed iseħħ u minn Kyiv, fejn ġlied qed iseħħ fit-toroq, f’battalja għall-kapitali.

Tweet mill-Ambaxxata Ukrena għas-Santa Sede qalet li l-Papa Franġisku esprima “ l-uġigħ kbir u profond tiegħu għall-ġrajjiet traġiċi li qed iseħħu f’pajjiżna.”

Fi tweet ieħor, il-President Zelenskyy qal: “Irringrazzjajt lill-Papa Franġisku li qed jitlob għall-paċi fl-Ukrajna u għal waqfien mill-ġlied. Il-Poplu Ukren iħoss l-appoġġ spiritwali ta-Qdusija Tiegħu”.

Il-konversazzjoni telefonika saret l-għada li l-Papa għamel żjara ta’ 30 minuta fl-ambaxxata Russa fis-Santa Sede, fejn wassal it-tħassib tiegħu għall-konflitt.

Għat-tieni jum konsekuttiv li l-Papa uża l-kont tiegħu ta’ Twitter @Pontifex biex jafferma bil-qawwa l-“le għall-gwerra” bil-lingwa Ukrena u bir-Russu:

“Ġesù jgħallimna nirrispondu għad-dijabolika bla sens tal-vjolenza bl-armi ta’ Alla: bit-talb u bis-sawm. Ħa tħares is-Sultana tal-paċi lid-dinja mill-bluha tal-gwerra”.

Nhar il-Ġimgħa, fi tweet bl-Ukren u bir-Russu, l-Papa fakkar kwotazzjoni mill-enċiklika tiegħu ‘Fratelli tutti’:

“Kull gwerra tħalli d-dinja tagħna agħar milli kienet qabel. Il-gwerra hija falliment tal-politika u tal-umanità, kapitulazzjoni tal-mistħija, telfa ta’ tniġiż quddiem il-forzi tal-ħażen”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-02/pope-ukraine-president-zelenskyy-russia-war-telephone-call.html

%d bloggers like this: