L-Ukrajna: In-Nunzju jenfasizza l-bżonn ta’ għajnuna umanitarja u talb

Print Friendly, PDF & Email

L-Arċisqof Visvaldas Kulbokas jinsab fin-nunzjatura, fil-kapitali Ukrena ta’ Kiev, fejn qed jaqsam id-destin tal-miljuni ta’ nies li qed ifittxu kenn mill-battalja fil-belt: “Nistaqsi kif fi ftit jiem in-nies se jimmaniġġjaw mal-morda u bl-ikel, kif se jirreaġixxu t-tfal li sofrew din il-vjolenza? Bħala Nisrani nipprova ngħin lil kulħadd jemmen fl-għaqda u r-rispett lejn l-oħrajn.”

L-immaġini ta’ Kiev huma qawwija: bini milqut minn missili Russi, ambulanza mwaqqfa bejn kuritur ta’ vetturi armati u imblokk ta’ żwiemel, awtostradi fejn qed jgħaddu biss tankijiet tal-gwerra li jisparaw fuq xulxin. Il-ġenn ta’ Kiev, fejn erbat ijiem ilu t-traffiku kien għaddej normali bil-ħajja ta’ kuljum u n-nies kien hemm minn jgħażel li jiekol barra f’xi restauran; illum naraw fluss ta’ stampi xokkanti mill-front tal-gwerra li nfetaħ mir-Russja fl-Ukrajna, li jissimbolizza r-realtà terribli li mill-Ħamis beda jgħix minnha n-nazzjoni kollu. Fil-ħakma tal-ġlied, iċ-ċivili qed jippruvaw jaħarbu lejn żoni taħt l-art tal-belt, jew bil-mixi lejn il-fruntieri.

Xhud dirett ta’ dak li qed jiġri fi Kiev huwa n-nunzju appostoliku, l-Arċisqof Visvaldas Kulbokas, li d-destin tiegħu, u dak tal-kollaboraturi tiegħu, huwa marbut ma’ dak li qed jesperjenzaw miljuni ta’ ċittadini tan-nazzjon. L-Arċisqof Kulbokas jirrakkonta lill-Vatikan News dak li ra.

Għal intervista idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2022-02/ukraine-nuncio-stresses-need-for-humanitarian-help-and-prayers.html

%d bloggers like this: