Wara l-invażjoni Russa, ħafna Ukreni qed iħossuhom abbandunati. Imma waqt li l-gwerra għadda għaddejja, kien hemm ħafna solidarjetà mal-poplu Ukren, mill-Ewropa u madwar id-dinja. L-Papa sejjaħ għall-qrubija mat-tbatija tal-poplu Ukren: “Alla hu ma’ dawk li jġibu l-paċi, mhux ma’ dawk li jużaw il-vjolenza!”
L-invażjoni ta’ pajjiż ħieles għaqqad lill-Ewropa bħal qatt qabel. L-Ewropa, daqshekk maqsuma fuq tant kwistjonijiet, qatt ma kienet magħquda daqs kemm hu llum: biex tgħin u tkun mal-poplu Ukren. Il-pajjiżi ġirien fetħu l-fruntieri tagħhom għar-refuġjati. Pajjiżi oħra lesti jospitaw lil dawk imġiegħla jaħarbu. Dimostrazzjonijiet u inizjattivi għall-paċi u s-solidarjetà mal-Ukrajna qed isiru fl-Ewropa u f’kontinenti oħra.
Il-komunitajiet Insara, l-parroċċi, l-assoċjazzjonijiet, u l-Caritas jaħdmu biex jibgħatu għajnuna umanitarja b’kull mod possibbli. L-President Zelensky qal li l-poplu Ukren iħoss il-qrubija tal-Papa. Fl-Angelus il-Papa Franġisku tenna diversi appelli biex jitwaqqfu l-armamenti u jaħdmu għall-paċi. Din is-solidarjetà teżisti quddiem il-figura ta’ tfal, nisa, u anzjani, li qed jaħarbu bil-mixi jew magħluqin fix-xelters, jitolbu b’wiċċ imbeżżgħin, jew li jkunu ħdejn dawk li waqgħu.
Hemm tant simpatija għall-Ukreni, poplu li jrid il-paċi u sofra tant. Fis-snin tletin, Stalin qatel miljuni ta’ Ukreni bil-ġuħ għax irreżistew il-politika Sovjetika.
Din l-invażjoni, l-midja favur il-gvern qed isejħilha “operazzjoni militari” jew “liberazzjoni” jew intervent immirat lejn “denazifikazzjoni” (li jneħħu l-influwenza Nażista). Hemm ħafna Russi li jemmnu dan. Imma hemm ħafna Russi li qed juru li huma favur il-paċi, kontra l-attakk. Ħafna ġew arrestati. Aħna nappoġġjaw lir-Russi li huma favur il-paċi. Aħna nappoġġjaw lis-suldati Russi li ma jridux jisparaw fuq l-Ukreni, bħal dawk bil-wieqfa b’idejhom vojta quddiem tank. Ejjew ngħinu lil dawk ir-Russi li jemmnu f’din il-gwerra biex jifhmu fejn hu l-ħażen. Imma fuq kollox, ejjew ma nabbandunawx lill-poplu Ukren.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/world/news/2022-02/we-will-not-abandon-the-ukrainians.html