Il-Papa jikkonsagra lir-Russja u lill-Ukrajna

Print Friendly, PDF & Email

‘Att ta’ fiduċja spiritwali minkejja gwerra krudili’

Il-Ġimgħa filgħaxija, hekk kif il-Knisja ċċelebrat is-solennità tat-Tħabbira tal-Mulej, il-Papa Franġisku mexxa s-servizz penitenzjali annwali tar-Randan. Lejn tmiem il-liturġija, l-Papa talab l-Att tal-Konsagrazzjoni tal-umanità, speċjalment għar-Russja u l-Ukrajna, lill-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija.

Huwa talab l-Att f’komunjoni mal-Isqfijiet Kattoliċi kollha madwar id-dinja, hekk kif l-Elemożenir tal-Papa, l-Kardinal Konrad Krajewski, għamel l-istess fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Fatima, fil-Portugal. It-tiġdid tal-Konsagrazzjoni tal-Papa sar b’reazzjoni għall-gwerra fl-Ukrajna u fuq talba tal-Verġni Mqaddsa Marija, li talbitha fid-dehra f’Fatima fit-13 ta’ Lulju 1917.

Fl-omelija tiegħu fiċ-Ċelebrazzjoni Penitenzjali, l-Papa Franġisku, rrifletta fuq il-ħtieġa tal-umanità għall-maħfra ta’ Alla u fuq it-tifsira tal-Konsagrazzjoni. Qal lit-tiġdid tal-Att tal-Konsagrazzjoni huwa maħsub biex jikkonsagra lill-Knisja u lill-umanità kollha, speċjalment lir-Russja u l-Ukrajna, lill-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija.

Il-Qdusija Tiegħu, lmenta dwar il-“gwerra vizzjuża” fl-Ukrajna, li qatlet ħafna u kkawżat tbatija kbira. Il-gwerra, żied jgħid il-Papa, tfakkarna fid-“dgħufija u l-inadegwatezza tagħna”, kif ukoll fil-bżonn tagħna li nkunu “qrib ta’ Alla u ċ-ċertezza tal-maħfra Tiegħu”. Alla waħda, qal, jista’ jelimina l-ħażen, ineħħi r-riżentiment, u jerġa’ jġib il-paċi f’qalbna. L-Papa Franġisku fakkar li Alla għażel lill-Verġni Marija biex tibdel l-istorja billi tibda storja ġdida ta’ “salvazzjoni u paċi”.

Ir-Ragħaj tal-Knisja Kattolika kompla jirrifletti fuq il-laqgħa ta’ Marija mal-anġlu Gabrijel, li fiha Alla jistedinha ssir omm l-Iben t’Alla. L-anġlu Gabrijel ta lil Marija l-unika raġuni vera ta’ ferħ, qal il-Papa, bi kliemu, meta qalilha: “l-Mulej miegħek”. Il-Papa Franġisku qal li l-Kattoliċi jesperjenzaw xi ħaġa simili fis-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni, peress li Alla jersaq qrib tagħna meta nippreżentaw lilna nfusna bi qlub umli u niedma.

Il-Qrar huwa “s-sagrament tal-ferħ”, qal. “Il-Mulej jidħol f’darna, bħalma għamel f’dik ta’ Marija f’Nazaret, u jġibilna stagħġib u ferħ mhux mistenni”. L-Papa ħeġġeġ ukoll lis-saċerdoti biex dejjem jesprimu l-maħfra ta’ Alla fil-Qrar, u qatt ma jipproġettaw arja ta’ riġidità jew ħruxija.

Il-Papa Franġisku qal ukoll li l-anġlu Gabrijel jgħid lil Marija: “La tibżax”. Alla, żied jgħid, diġa’ jaf id-dgħufijiet u l-fallimenti tagħna, imma li jistedinna npoġġuhom f’riġlejh fil-persuna tas-saċerdot meta nirċievu s-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni. D-dgħufijiet tagħna jistgħu mbagħad isiru “opportunitajiet ta’ qawmien”.

Marija, min-naħa tagħha, tistedinna nerġgħu lura lejn l-għajn ta’ ħajjitna, lejn il-Mulej, “li hu l-aħħar rimedju kontra l-biża’ u l-vojt fil-ħajja”. Il-Papa Franġisku kkonkluda lit-tweġiba ta’ Marija għall-istedina ta’ Alla kienet “xewqa ħajja li tobdi lil Alla”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-03/pope-francis-consecration-russia-ukraine-mary-war-lent.html

%d bloggers like this: