Ġwanni Pawlu II għas-Deminaristi ta’ Toscana

Print Friendly, PDF & Email

QUDDIES GĦAS-SEMINARISTI TAT-TOSCANA
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
26 ta’ Jannar 1982

1. “Grazzja, ħniena u sliem mingħand Alla Missier u Kristu Ġesù Sidna” (2Tm 1,2).

B’dan l-awgurju tal-Appostlu ndur lejkom, għeżież seminaristi tat-Toscana, li jien ferħan narakom hawn miġbura madwari, f’din l-għodwa, għaċ-ċelebrazzjoni ta’ din l-Ewkaristija, fil-jum li fih il-Liturġija tipproponilna t-tifkira tal-qaddisin Timotju u Titu, dixxipli ta’ Pawlu u xhieda qalbiena ta’ Kristu fil-Knisja tal-ewwel żminijiet.

Din hija tislima u awgurju li nestendi bi ħsieb speċjali lill-Kardinal Benelli, lir-Retturi, lill-Professuri u lis-Superjuri l-oħra tas-seminarji tagħkom, kif ukoll lill-Isqfijiet u lill-komunitajiet dijoċeżani, li minnhom intom ġejjin. Nistà ngħid jien ukoll ma’ SanPawl li “dejjem niftakar fikom fit-talb tiegħi lejn u nhar” (cf. 2Tm 1,3) għaliex, jekk hemm aspett tal-ħajja ekkleżjali li huwa għall-qalb il-Papa, dan huwa bla dubju dak tal-vokazzjonijiet. Kull jum jien nqiegħed quddiem il-Mulej il-bżonn urġenti li l-Knisja ta’ żminijietna li jsib żgħażagħ ġenerużi, disposti li jassumu d-dmir eżaltanti, ukoll jekk iqum ħafna u mpenjattiv, li jxandru l-Vanġelu lill-ġenerazzjoni li se tara jintemm it-tieni millenju tal-era nisranija. Intom, għeżież seminaristi, intom it-tama tal-Knisja.

Kuljum tlabt u nitlob għalikom.  Jgħoddu għalhekk, b’mod għal kollox konkret, ukoll għalija l-kliem li bih San Pawl ikompli l-ittra tiegħu billi jitlob bi dritt li jkun tassew nostalġiku li jerġà jara d-dixxiplu tiegħu (cf. 2Tm 1,4). Iva, jien ukoll ħassejt x-xewqa li narakom, għeżież, “biex inkun mimli bil-ferħ” (2Tm 1,4). Din ix-xewqa dalgħodu twetqet u jien niżżi ħajr minn qalbi lill-Mulej.

2. Intom ġejtu għand il-Papa biex tisimgħu kelma ta’ nkuraġġiment u ta’ gwida, li tistimolakom ħalli titħejjew b’impenn, jekk Kristu jsejħilkom, biex tirċievu d-“don ta’ Alla”, li jum wieħed se jkun fikom “permezz tal-impożizzjoni tal-idejn” tal-Isqof tagħkom (cf. 2Tm 1,6). Mela, liema eżortazzjoni nistà jien nindirizzalkom iktar addattata minn dawk li llum il-Liturġija tindirizzalkom?

Nirripetilkom, mela, qabel kollox ma’ San Pawl: “La tistħux mix-xhieda li tirrendu lil Sidna” (2Tm 1,8). “Alla, infatti, ma taniex Spirtu ta’ biżà, imma ta’ qawwa, ta’ mħabba u ta’għaqal” (2Tm 1,7). Aħna mdawrin minn ambjent li spiss jiftaħar b’indifferentiżmu reliġjuż u wkoll nuqqas ta’ sabar miftuħ għal kull sejħa għall-valuri superjuri tal-Vanġelu. Is-sekularizzazzjoni influwenzat bil-kbir il-mentalità kurrenti, billi nbidlet f’mhux ftit kuxjenzi f’sekulariżmu ddikkjarat.

Mhux il-każ li naħbu d-diffikultajiet li “klima” kulturali simili toppomi għall-azzjoni evanġeliżżatriċi tal-ministru ta’ Alla. Jistà jiġri li l-previżjoni ta’ tali ostakli twaqqaf il momentum ta’ qalb miġbuda mis-sejħa tal-Mulej u taljenah milli jissogra ruħu f’missjoni, li tidhirlu superjuri għall-forzi tiegħu. San Pawl iħeġġeġ biex ma nċedux għal tentazzjoni simili, imma li jkollna l-kuraġġ li nersqu ‘l quddiem u li “inbatu għall-Vanġelu”, billi nafdaw mhux fil-ħiliet tagħna, imma fil-“qawwa ta’ Alla” (cf. 2Tm 1,8). Infatti, jidħol mill-ġdid fit-“tattika” ippreferuta minnu “salva lil dawk li jemmnu bil-bluha tal-predikazzjoni”, għaliex “dik li hija erché “dik li hija bluha ta’ Alla hija iktar għarfa mill-bnedmin u dik li hija dgħufija ta’ Alla hija iktar b’saħħitha mill-bnedmin” (1Kor 1,21.25).

Mill-bqija, mhux rari li jiġri li niskopru, wara l-atteġġjament indifferenti u saħansitra intraprendenti ta’ dawk li jippretendu li ma jemmnux, insikurezza profonda u spiss sofferenti li tirriżulta mill-kontinwazzjoni ta’ interrogattivi moħbija li għadhom ma ġewx solvuti. Il-bniedem kontemporanju, infatti, jaf bosta ħwejjeġ dwar l-istrutturi u l-mekkaniżmi li jikkondizzjonaw il-proċessi ta’ ħajtu u tal-attività tiegħu.

Imbotta għajnu indigatriċi ġewwa s-sigrieti l-iktar moħbija tal-mikro u tal-makro kożmu. U bdanakollu huwa spiss jinjora t-tweġiba għall-interrogattivi supremi li jolqtu s-sens aħħari tal-ħwejjeġ u tal-istess eżistenza. Jibqà għalih innifsu u għall-oħrajn enigma inkomprensibbli.

Il-fidi biss tippossiedi t-tweġiba sodisfaċenti għal kollox, li kapaċi tissodisfa l-inkwiet tal-intelliġenza u li twassal konsolazzjoni għall-bżonn taċ-ċertezza li titturmenta l-ispirtu ta’ kull persuna ħassiba dwar id-destin propju. Ta’ din it-tweġiba intom imsejħa biex tkunu l-messaġġiera u x-xhieda ta’ dinja li tistennikom, minkejja li għadha ma tafkomx.

3. Iva, fil-pjanijiet misterjużi tal-Providenza diġa huma ppjanati l-laqgħat apostoliċi li għalihom se jwassalkom il-ministeru tagħkom ta’ għada, jekk tkunu tafu tikkorrispondu b’mod ġeneruż, illum, għas-sejħa tal-Mulej. Huma tfal, huma żgħażagħ, huma rġiel u nisa, li permezz tax-xhieda tagħkom jistgħu jiltaqgħu ma’ Kristu u fih isibu r-raġuni biex jissieltu u biex jagħtu lilhom infushom, ir-raġuni biex jgħixu u biex imutu.

Tridu tagħrfu s-sigriet ta’ ministeru pastorali fruttuż, kapaċi li jirbaħ l-isfiduċji u li jirbaħ il-qalb ta’ min ippreġudikat u ostili? Jissuġġerihulkom Ġesù stess fis-silta evanġelika li smajna iss’issa. “Min hu l-ikbar fostkom isir bħala l-iżgħar u min imexxi bħala dak li jservi  ” (Lq 22,26).

L-umiltà: Hawn hu s-sigriet biex jirnexxilkom tirbħu l-qlub! Aħna m’aħniex is-sidien la tal-Kelma li nxandru, linqas tal-persuni li lilhom inxandruha. Aħna pjuttost il-qaddejja tal-waħda u tal-oħrajn, impenjati mill-grazzja ta’ Alla biex nagħmlu “kullox lil kulħadd, biex akkost ta’ kollox insalvaw lil xi wħud” (1Kor 9,22).

Li ngħixu dan l-għarfien waqt li niġbdu l-konsegwenzi dwar dak li jikkonċerna l-imġieba ta’ kuljum, ifisser tagħmel spazju fl-eżistenza propja għall-Ispirtu ta’ Kristu u tassikura wkoll għalll-azzjoni propja l-aħjar possibiltajiet ta’ effett fuq id-dispożizzjoni tan-nies.

“Dak li hu l-ikbar fostkom isir bħala l-iċken”. Il-Kelma ta’ Ġesù hija stedina u kunsinna.

Insiru “żgħar”, hija t-triq irjali biex “nifhmu” lil Kristu u biex nilħqu, fih, il-qalb ta’ ħutkom, li se tiltaqgħu magħhom għada fit-triq tal-ministeru tagħkom, li għalih qegħdin tħejju ruħkom.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

%d bloggers like this: