Memorja sabiħa

Print Friendly, PDF & Email

Kull nhar ta’ Ħadd filgħaxija kienet issir konferenza minn membru tal-MUSEUM fl-oratorju tal-knisja ta’ San Publju. Dan l-aħħar kienet issir fis-sala ta’ taħt l-iskola.

Meta konna tfal, fl-aħħar laqgħa kienet tiġi ċelebrata l-festa tal-Madonna tad-Duluri. Is-soċji kienu jġorru l-istatwa kbira tad-Duluri, xogħol tal-artist Wistin Camilleri, mill-Museum għall-oratorju. Kienet tkun imżejna b’ħafna fjuri u b’xemgħat mixgħula. L-oratorju kien ikun mimli b’nies li ma kinux jitilfu laqgħa waħda.

F’din l-okkażjoni t-tfal kienu jkantaw tliet innijiet bil-Latin: Ego propter te, O vos omnes u Cum videsset Jesus matrem.  Bħal-lum inħares lejn l-istatwa tad-Duluri, kif inhi hawnhekk, u niftakar f’din il-festa li tibqa’ fil-memorja, kif ukoll jibqa’ l-kant li kien isebbaħ din il-festa.

Leave a Reply

%d bloggers like this: