L-Erbgħa wara nofsinhar, il-Papa Franġisku għamel żjara speċjali lill-Papa Emeritu Benedittu XVI, biex joffri l-isbaħ xewqat tiegħu għall-Għid u f’għeluq il-95 sena. Skond stqarrija qasira maħruġa mid-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, Matteo Bruni, l-Qdusija Tiegħu, żar ir-residenza tal-Monasteru Mater Ecclesiae, fil-Vatikan, fejn joqgħod Benedittu.
Matul il-pontifikat tiegħu, l-Papa Franġisku jżur lil Benedittu għall-Għid, interrott biss minħabba l-pandemija tal-Covid-19. “Wara konversazzjoni qasira u affettiva, u wara li talbu flimkien, il-Papa Franġisku reġa’ lura f’Casa Santa Marta”, qal is-Sur Bruni.
Benedittu XVI se jiċċelebra għeluq il-95 sena tiegħu, nhar 16 t’April, meta l-Knisja Kattolika tiċċelebra Sibt il-Għid. Joseph Ratzinger twieled u tgħammed fil-Bavarja, u kien twieled ukoll f’Sibt il-Għid, 95 sena ilu, fl-1927.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-04/pope-francis-easter-benedict-xvi-pope-emeritus-birthday.html