Il-Papa: “Ittrasformaw l-mentalià tal-gwerra fi pjanijiet għall-paċi”.

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku reġa’ ħataf l-opportunità biex jappella lill-umanità biex tibdel il-mentalità tagħha u tippjana għall-paċi. Dan għamlu waqt l-indirizz tiegħu lill-parteċipanti f’Kungress Nazzjonali Kattoliku dwar il-Ministeru ta’ dawk li jitkellmu bil-lingwa spanjola (hispanic) fl-Istati Uniti. Huwa nnota li qed ngħixu “żmien assurd li fih, mingħajr ma nkunu għadna ħriġna minn pandemija li ħakmet lill-umanità kollha b’tbatija u niket kbir, insibu ruħna f’nofs it-tbatija u t-traġedja ta’ gwerra.”

“Kull gwerra titwieled mill-inġustizzja, kull gwerra, nklużi dawk li kultant nagħmlu fil-familji u l-komunitajiet tagħna, li huma miġġielda fis-skiet; huma wkoll imwielda mill-inġustizzja.”

Il-Kungress, bl-isem ‘Raíces y Alas 2022 (Għeruq u Ġwienaħ 2022), qed jiltaqa’ mis-26 sat 30 t’April, fuq it-tema “Vuċijiet Profetiċi: Inkunu pontijiet għal era ġdida”. Il-Papa b’messaġġ video qal: “Għażiltu tema tajba”, filwaqt li stieden lil-parteċipanti biex ikunu atturi fit-trasformazzjoni tal-mentalità tal-gwerra “f’mentalità u pjanijiet ta’ paċi”. “Ilkoll naħsbu b’mentalità tal-gwerra. Huwa Kainiżmu eżistenzjali. Il-fratellanza hija għal kulħadd, u tidher fil-mentalità li tbiddel il-ħajja tal-familji, l-komunitajiet, l-popli, l-ġnus, u d-dinja”.

Il-Papa jkompli jistieden lil dawk li jemmnu jirriflettu fuq il-ħtieġa li nkunu “Insara li jittrasformaw l-istruttura u li jistgħu joħolqu pontijiet fis-setturi kollha tas-soċjetà, li jdawlu l-ħsieb, biex dan iwassal għal azzjonijiet li jistgħu jġibu l-paċi u l-għaqda fil-livelli kollha, nibdew mill-familji u l-komunitajiet tagħna.”

“Jien għandi bżonn il-paċi, inti għandek bżonn il-paċi, d-dinja għandha bżonn il-paċi, n-nifs tal-paċi huwa b’saħħtu. Għandna bżonn sinjali tanġibbli ta’ paċi. L-Kristjani għandhom jagħtu l-eżempju.”

“Nitlobkom tkunu pontijiet”, temm il-Papa Franġisku qabel ma ta l-barka appostolika tiegħu, “biex toħolqu pontijiet, titolbu u taħdmu għall-paċi, u tinsewx titolbu għalija”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-04/pope-francis-video-message-congress-hispanic-ministery-peace-war.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading