Ġwanni Pawlu II fil-Parroċċa Rumana ta’ San Ġwakkin

Print Friendly, PDF & Email

VIŻTA PASTORALI LILL-PARROĊĊA RUMANA
TA’ SAN ĠWAKKIN
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
7 ta’ Frar 1982

1. “Gwaj għalija jekk ma nippridkax il-Vanġelu” (1Kor 9,16).

Dal-kliem kitbu San Pawl Appostlu fl-ewwel ittra lill-Korintin.

Dal-kliem nidwuh b’qawwa mill-ġdid f’diversi epoki, fost id-diversi ġenerazzjonijiet tal-Knisja.

Fi żminijietna nħassu, b’mod patrikolarment qawwi, matul is-Sinidu tal-Isqfijiet fl-1974 fuq it-tema tal-evanġelizzazzjoni. It-tama tqanqlet mis-substrat vast tat-tagħlim tal-Konċilju Vatikan II u mit-terren għani tal-esperjenza tal-Knisja fid-dinja kontemporanja. Il-frott tax-xogħlijiet ta’ dak is-Sinodu kien trażmess mill-Isqfijiet parteċipanti lil-Papa Pawlu VI, u sab l-espressjoni tiegħu fl-eżortazzjoni apostolika splendida Evangelii Nuntiandi.

“Gwaj għalija jekk ma nippridkax il-Vanġelu”, jgħid San Pawl. U jżid: “Infatti mhuwiex għalija ftaħir nippridka l-Vanġelu; dan huwa dmir għalija” (1Kor 9,15)… inwettaq biss id-dmirijiet tal-ministeru!

U allura: mhux bi ftaħir, imma wkoll linqas għal premju!

Anzi, il-premju huwa l-fatt stess li nistà nippridka l-Vanġelu mingħajr ebda premju.

U mbagħad jikteb: “Infatti, minkejja li jien ħieles minn kulħadd, għamilt lili nnifsi qaddej ta’ kulħadd” (1Kor 9,19).

Ikun diffiċli ssib kliem, li jistà jgħid iktar: tippridka l-Vanġeluifisser issir “qaddej ta’ kulħadd biex tiggwadanja l-ikbar numru” (1Kor 9,19). U waqt li jiżviluppa l-istess idea jżid: “Għamilt lili nnifsi dgħajjef biex niggwadanja d-dgħajfa; għamilt lili nnifsi kollox għal kulħadd, biex a kwalunkwè kost insalva lil xiħadd. Kollox nagħmel għall-Vanġelu, biex insir parteċipi magħhom” (1Kor 9,22-23).

It-tema li aħna mistiedna biex nimmeditaw fl-okkażjoni tal-laqgħa tallum hija mela l-evanġelizzazzjoni.

2. L-eżsortazzjoni apostolika Evangelii Nuntiandi ta’ Pawlu VI tfakkar li l-ewwel evanġelizzatur huwa Kristu stess.

Ejjew inħarsu fid-dawl tas-silta liturġika tallum kif jippreżenta ruħu jum u lejl) tal-attività evanġelizzatriċi ta’ Kristu.

Ninsabu f’Kafarnaw.

Kristu joħroġ mis-Sinagoga u, flimkien ma’ Ġakbu u Ġwanni, imur fid-dar ta’ Xmun u Indri. Hemm ifejjaq lill-kunjata ta’ Xmun (Pietru), b’mod li dik tistà minnufih tqum u sservihom.

Wara nżul ix-xemx, jiġu miġjuba lil Kristu “il-morda kollha u l-imxajtna. Il-belt kollha kienet inġabret quddiem il-bieb” (Mk 1,32-33). Ġesù ma jitkellimx, imma wettaq il-fejqan: “Fejjaq bosta li kienu morda minn diversi mard u keċċa bosta xjaten” Fl-istess ħin, osservazzjoni sinifikattiva: “ma ħalliex lix-xjaten jitkellmu, għaliex kienu jafuh” (Mk 1,34).

Jistà jkun li dan kollu sar sa tard filgħaxija.

Fil-għodu kmieni Ġesù diġa qiegħed jitlob.

Jiġi Xmun ma’ sħabu, biex jgħidlu: “Kulħadd qiegħed ifittxek” (Mk 1,37).

Imma Ġesù wieġeb: “Ejjew inmorru band’oħra mill-irħula viċin sabiex jien nippriedka wkoll hemm: infatti jien għahekk ġejt” (Mk 1,38).

Wara dan inkomplu naqraw: “U mar mal-Galilea kollha, jippriedka fis-sinagogi tagħhom u jkeċċi x-xjaten” (Mk 1,39).

3. Fil-qosor, a bażi ta’ dak il-jum, mgħoddi f’Kafarnaw, wieħed jistà jiddikjara li l-evanġelizzazzjoni mwettqa minn Kristu nnifsu kienet tikkonsisti fit-tagħlim dwar is-saltna ta’ Alla u fis-servizz lill-batuti.

Ġesù wettaq xi sinjali, u dawn kollha flimkien kienu jiffurmaw ruħhom f’Sinjal. F’dan is-Sinjal l-ulied subien u bniet tal-poplu, li għarfu x-xbiha tal-Messija, deskritt mill-profeti u b’mod speċjali minn Iżaija, jistgħu jiskopru bla diffikultà li “s-Saltna ta’ Alla hi fil-qrib”: hawn hu dak li “tgħabba bit-tbatijiet tagħna, ħa fuqu n-niket tagħna” ( 53,4).

Ġesù mhux biss ippriedka l-Vanġelu bħal ma għamlu dawk kollha ta’ warajh, per eżempju l-meraviljuż Pawlu, li kliemu mmeditajnieh ftit ilu. Ġesù huwa l-Vanġelu!

Kapitolu kbir fis-servizz messjaniku tiegħu huwa ndirizzat għall-kategoriji kollha tat-tbatija umana: spiritwali u fiżiċi.

Mhux bla mottiv li llum naqraw ukoll silta mill-ktieb ta’ Ġobb, li turi d-dimensjoni tat-tbatija umana: “Jekk nimtedd ngħid: X’ħin se nqum? / Jitwalu d-dellijiet u nħossni għajjien li noqgħod nitqalleb sa ma jisbaħ” (Ġb 7,4).

Nafu li Ġobb, waqt li għadda mill-abbiss tat-tbatija, laħaq it-tama tal-Messija.

Dwar dan il-Messija jitkellem is-salmista fil-kliem tal-liturġija tallum: “Il-Mulej jerġà jibni Ġerusalem, / jiġbor l-imferrxin ta’ Iżrael. / Ifejjaq il-qlub maqsuma / u jinfaxxa l-ġrieħi… / Il-Mulej isostni l-umli / imma jbaxxi sal-qiegħa tal-art l-irriverenti” (Sal 147 [146],2.3.6).

Dan huwa propju Kristu.

U dan huwa propju l-Vanġelu.

Pawlu ta’ Tarsu, li kien wieħed mill-ikbar ħabbara tal-Vanġelu u kien jaf l-istorja huwa għalkollox konxju li huwa jipparteċipa: “Kollox jien nagħmel għall-Vanġelu, biex insir parteċipi” (1Kor 9,23).

4. B’dawn is-sentiment ninsab illum fostkom, għeżież ħuti, membri tal-komunità parrokkjali, iddedikata lil San Ġwakkin. Nixtieq nurikom l-ferħ profond tiegħi għal din iż-żjara u wkoll biex nestendi lilkom ilkoll tislima kordjali.

B’mod speċjali lill-Patrijiet Redentoristi, li f’Lulju mbiegħed tal-1896 irċivew mingħand il-predecessur Ljun XIII ir-responsabiltà pastorali ta’ din iż-żona u ta’ din il-Knisja, li kienet irregalata lilu mid-dinja kattolika fl-okkażjoni tal-ħamsin anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu u tal-ħamsa u għoxrin anniversarju tal-episkopat tiegħu. Insellem lill-kappillan, Patri Salvino Battistoni, lill-viċi-kappillan u lis-saċerdoti li b’ħeġġa jikkollaboraw fl-attivitajiet pastorali kollha. Tislima lir-reliġjużi rġiel, lil dawk nisa u lill-erwieħ ikkonsagrati, li joperaw fl-isfera tal-parroċċa;  is-Saċerdoti tal-Missjoni. Il-“Christian Brothers”; “l-Opus Dei”; il-Focolarini; il-Figlie della Carità; is-Sorijiet della Risurrezione; is-Sorijiet della Sacra Famiglia di Bordeaux; is-Sorijiet di santa Maria; Is-sorijiet Minime del Sacro Cuore; Is-sorijiet di sant’Orsola; l-Apostole del Sacro Cuore; il-Piccole Suore di santa Teresa del Bambino Gesù.

Tislima mill-qalb lis-6500 fidil u lill-2000 familja li jiffurmaw il-komunità parrokkjali; lill-gruppi kollha li b’ġenerożità u entużjażmu huma mpenjati fl-opra tal-evanġelizzazzjoni u tal-katekeżi permanenti.

Jiena sinċerament kuntent għaliex mir-relazzjoni dettaljata tal-ippjanar tal-attività pastorali tal-parroċċa tagħkom, stajt  nistabilixxi kif din taħdem b’impenn għall-Vanġelu, biex l-ewwelnett tieħu sehem hi stess, permezz tal-katekeżi kontinwa, il-ħajja liturġika u sagramentali. Bħal ma ktibt fl-eżortazzjoni apostolika dwar il-katekeżi fi żmienna, “il-komunità parrokkjali għandha tibqà l-animatriċi tal-katekeżi u l-post privileġġjat tagħha… Din għandha ssib mill-ġdid il-vokazzjoni propja li hija dik li tkun dar ta’ familja, fraterna u akkoljenti, fejn l-imgħammdin u dawk li rċivew il-griżma jirrejalizzaw li huma Poplu ta’ Alla. Hemm il-ħobż tad-duttrina tajba u l-ħobż tal-Ewkaristija jinqasmu għalihom b’abbundanza fil-kuntest ta’ qima unika; minn hemm huma jintbagħtu kuljum għall-missjoni apostolika, fil-lokalitajiet kollha tal-ħajja tad-dinja” (Ġwanni Pawlu II, Catechesi Tradendae, 67).

5.Jekk fl-okkażjoni taż-żjara tallum nesprimi l-ferħ għal dak kollu li l-komunità tagħkom għadha tagħmel biex issir parteċipi fil-Vanġelu, kontemporanjament nesprimi wkoll awgurju mħeġġeg (għal dan nitlob hawn flimkien magħkom) sabiex l-evanġelizzazzjoni twettaq lilha nfisha tassew fl-ispirtu ta’ San Pawl Appostlu. Jalla hi tkun kontempranjament fil-kejl taż-żminijiet li fihom qegħdin ngħixu; ukoll bil-kejl tal-bżonnijiet tal-ambjent, li jikkostitwixxi l-parroċċa tagħkom; ukoll, bil-kejl tad-diffikultajiet u tat-theddid, bil-kejl tal-ħażin, li miegħu wieħed irid jiltaqà hawn mal-qawwa messjanika ta’ Kristu u tal-Vanġelu.

Irrid fil-qosor nirrifletti magħkom dwar tliet waqtiet, li nistgħu naħtfu f’dak li huwa l-jum ta’ Kristu f’Kafarnaw. Huwa fuq kollox juri attenzjoni profonda għal dawk morda, batuti fil-ġisem u fl-ispirtu; fejquhom, billi b’hekk turu l-Messija ħellies tal-ħażin. Huwa jitlob fit-tul lill-Missier; f’tali atteġġjament ta’ adorazzjoni isibuh id-dixxipli tiegħu filgħodu.

Huwa jippriedka u jħabbar il-miġja definittiva tas-Saltna ta’ Alla fl-istorja.

B’mod analogu l-insara għandhom isibu fil-parroċċa komunità li tħobb, komunità li titlob, komunità li tevanġelizza.

Fil-komunità parrokkjali tagħkom jopera, fis-skiet, grupp tajjeb ta’ fidili tal- Volontarjat Vinċenzjan, li jżuru, jassistu lil ħuthom l-iktar fil-bżonn. Barra minn hekk, fil-parroċċa tagħkom, li bħal ma hu magħruf hija Sedja Primarja tas-Sodalizju Piju tal-Adorazzjoni Riparatriċi, teżisti l-prattika tal-adorazzjoni ewkaristika perpetwa u hija tassew ikkurata l-pastorali tas-sagrament tar-Rikonċiljazzjoni. Fl-aħħarnett, fil-komunità parrokkjali tagħkom jaġixxi numru sabiħ ta’ katekisti, li jiddedikaw ruħhom b’mod partikolari għat-tħejjija tas-sagramenti tal-inizjazzjoni nisranija.

B’dan il-mod il-komunità nisranija tagħkom tisforza li timmudella ruħha fuq il-ħajja u fuq l-atteġjament ta’ Kristu. Waqt li nieħu gost b’dan l-impenn, nittama minn qalbi li hija tkompli dejjem iktar, b’żelu u b’ġenerożità, fuq tali mixja!

6. Mistenni li llum fl-Italja, b’indikazzjoni tal-Konferenza Episkopali, tkun iċċelebrata l-“Ġurnata għall-Ħajja” li din is-sena għandha bħala tema: “Il-Ħajja; dejjem rigal”, nixtieq f’din iż-żjara pastorali lill-parroċċa tagħkom nikkonferma d-dmir gravissmu li nipproteġu, nirrispettaw, nippromwovo, niddefendu l-ħajja fil-fażijiet kollha tagħha, minn dik tat-twelid sa dik tal-anzjanità, kif għidt fit-talba tal-Angelus. Hemm bżonn mela nimmultiplikaw, noħolqu inijattivi għall-ħajja, quddiem t-tentazzjni dejjem risorġenti, tal-egoiżmu individwalistiku u tat-theddid kontinwu għall-ħajja sa mill-konċepiment tagħha. Dan huwa mpenn li rrid nikkomunika b’mod partikolari lilkom illum, fidili tal-komunità parrokkjali ta’ San Ġwakkin f’Ruma.

7.Qrajna fil-Vanġelu tallum li minn kmieni filgħodu Ġesù kien jippersevera fit-talb u mar hdejh Xmun Pietru u qallu: “Kulħadd qiegħed ifittxek”.

Bħala suċċessur imbiegħed ta’ dan Pietru fis-Sedja Rumana, nixtieq nirrepeti lil Kristu f’nofs il-komunità parrokkjali tagħkom dan il-kliem: Mulej, kulħadd qiegħed ifittxek!

F’dan il-kliem issib konferma, għeżież ħuti, li intom tagħmlu “kollox għall-Vanġelu, sabiex issiru parteċipi”.

Hekk inkun!

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Manuel Zarb

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: