Ġwanni Pawlu II f’quddiesa għall-Morda

Print Friendly, PDF & Email

QUDDIESA GĦALL- MORDA
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Bażilika ta’ San Pietru, 11 ta’ Frar 1982

“Benedicta tu inter mulieres”! (Lc 1,42)

1. Din it-tislima marjana suġġestiva, li ttenni u ġġiegħel tidwi mas-sekli dak li Eliżabetta “mimlija bl-Ispirtu Santu… b’leħen għoli” (cf. Lq 1,41-42) indirizatha lill-Verġni Omm Alla, tidhirli, għeżież ħuti, partikolarment addattata għal din l-assemblea liturġika miġbura ta’ din il-lejla. Infatti, ninsabu miġburin ġewwa dan it-Tempju biex nonoraw u niċċelebraw lil Marija santissma fil-jum li jfakkar il-ġrajja tad-dehra tagħha lill-umli Bernardetta hemm, fil-għar ta’ Massabielle, biex tafdalha messaġġ speċjali ta’ ħniena u grazzja. U min jistà jiddikjara li tali messaġġr ma jippreservax ukoll għal jiemna l-valur sħiħ tiegħu?

Waqt li nqdiet b’dik it-tfajla mhux magħrufa, Marija kellha l-intenzjoni li ssejjaħ qabel kollox lill-midimbin għall-konverżjoni billi ħeġġet għalihom u għas-salvazzjoni tagħhom l-impenn komunitarju tal-fidili nsara kollha. Huwa fatt li tali appell – bħalma tinnota l-“Lituġija tas-Sigħat” fin-nota qasira ntroduttiva, imqiegħda quddiemna għat-tifkira tallum – “qanqlet fil-Knisja moviment ħerqan ta’ orazzjoni u ta’ karità, speċjalment għas-servizz tal-morda u tal-foqra”.

2. Dan huwa propju dak li feħsiebna nagħmlu l-lejla!  Waqt li sejjaħtilkom għaċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija, li hija sagrament ta’ kompassjoni u rabta ta’ karità, ridt madwari f’pożizzjoni ewlenija u pprivileġġjata tant ħuti rġiel u nisa ppruvati min-niket u mit-tbatija. Fid-dawl tal-messaġġ dejjem attwali tal-Verġni ta’ Lourdes, intom qegħdin hawn fl-ewwel post, għeżież morda, għaliex għalikom huwa riservat rwol insostitwibbli fl-ekonomija feddejja, f’għaqda ma’ Dak li, bil-passjoni u l-qawmien mill-imwiet tiegħu, huwa l-protagonista u l-awtur:  Ġesù Krisu Feddej u Mulej tagħna.

Lilkom, wara t-tislima li ndirizzajt lil Marija, imur il-ħsieb ta’ mħabba, li jrid ikun ukoll espressjoni ta’ awgurju għal saħħitkom, kif ukoll sinjal ta’ ringrazzjament għall-preżenza tagħkom, li naf li mhix nieqsa minn xi diffikultajiet u sagrafiċċji. Linqas ma nistà nħalli barra milli magħkom insellem lil dawk kollha li, bħal ma b’tant premura wasslukom s’hawn, hekk ukoll jippreżentawlkom f’tant ċirkustanzi numerużia il- “minister” fratern u tant meritorju ta’ assistenza u ta’ attenzjoni. Iva, jiena nixtieq insellem u niżżi ħajr ukoll lilkom, għeżież diriġenti u membri tal-Assoċjazzjoni Nazzjonali UNITALSI u tal-Opra Rumana Pellegrinaġġi, li tagħhom naf u napprezza x-xogħol frekwenti, sieket, diżinteressat u ġeneruż. Mhux biss illum, imma ta’ kuljum intom tiżvolġu xogħol li, ‘il hemm minn kull kwalifika soċjoloġika jew professjonali limitatriċi, għandu isem definit sewwa u onorat fil-vokabularju nisrani: karità, bħala eżerċizzju ta’ interess evanġeliku lejn ħutna l-iktar dgħajfa, interess li jiġi lilhom mogħti f’isem Alla u f’isem Ibnu Ġesù.

“Infirmus (eram), et visitastis me…” (Mt 25,36). Grazzi lilkom, ukoll f’isem ta’ min, kultant, la għandu leħen u linqas saħħa biex jgħidilkom.

3. “Benedicta tu inter mulieres”! It-tislima li, waqt li nerrġgħu ntennu l-kliem “isprat” ta’ Eliżabetta, aħna nduru lejn Marija biex nonorawha f’din il-festa tagħha ma tkunx ħaġa sħiħa, jekk ma tkunx segwita u inegrata mill-kliem l-ieħor li – kif jirriferilna l-Vanġelu – kien migħud fl-istess ħin fid-dar ta’ Żakkarija. Kif Eliżabetta, mingħajr ebda ħsieb li tifred l-omm u l-iben, imma pjuttost b’mod intimu tassoċjahom, minnufih żiedet: “et benedictus fructus ventris tui”, b’dan il-mod aħna għandna nindirizzaw lilna nfusna bil-prontezza ta’ fidi ħajja, bil-qawwa ta’ mħabba mħeġġa lill-Mulej Ġesù. Ukoll għalina għandu juri ruħu veru,, jiġifieri jivverrifika ruħu realment il-kontenut tal-espressjoni : “Ad Iesum per Mariam”, sabiex l-okkażjoni liturgika tallum tkun ukoll hija okkażjoni u mezz biex tavviċinana maġġorment lejn Ġesù, billi nistqarruh, bħala l-“frott imbierek tal-ġuf ta’ Marija”.

Ejjew nirriflettu: X’kienet tfisser f’dik id-dar tal-Muntanja ta’ Ġuda (cf. Lq 1,39) il-preżenza ta’ Marija? Kien biss att ġentili, jew attenzjoni delikata lejn il-“qariba li kienet ikkonċepiet fi xjuħitha”? (cf. Lq 1,36). Kienet opra assistenzjali purament umana? Le: kienet dik preżenza ferm iktar sinifikattiva u spiritwalment fertili. Għaliex Marija ġabet lil qaribtha r-rigali nkomparabbli tal-grazzja, tal-ferħ u tad-dawl, waqt li assoċjat f’din id-donazzjoni lill-omm il-futur prekursur. Hekk hu infatti li l-mara anzjana, kif semgħat it-tislima ta’ Marija”, mhux biss ħasset f’ġufha taqbeż it-tarbija, imma ġiet mimlija bl-Ispirtu Santu, u ħasset ruħha komda u, ikolli ngħid ukoll, erntużjasta fil-bdil tat-tislima. Mhux biss: hija fuq kollox akkwistat, bit-tidwil tal-Ispirtu Santu li kien ippenetraha, il-ħila superjuri li tagħraf fil-qariba żagħżugħa l-omm stess tal-Mulej tagħha.

Huma, dawn, doni elettissmi li Marija, omm il-grazzja divina, tipprovdi għalina wkoll, waqt li ġġibilna lil Ġesù, jew aħjar – ikollna propjament ngħidu – iġġibilna lil Ġesù. Hremm bżonn, mela, nilqgħuha kif laqgħetha Eliżabetta.

4. Il-Vanġelu, li għadna kemm smajna, minbarra d-dettalji tal-laqgħa, jgħarrafna liema kienet allura t-tweġiba ta’ Marija. Ipproklamata imbierka flimkien mal-“frott ta’ ġufha”, ipproklamata “ħienja li kienet emmnet” (Lq 1,45), hija twieġeb, iva, imma waqt li bidlet l-interlokutur, għaliex tibda tkellem lill-Mulej, waqt li elevat lejh fl-“umiltà tagħha ta’ qaddejja” kantiku tal-għaġeb ta’ tifħir. Il-Magnificat, tassew kantiku tal-kantiċi tat-Testment il-Ġdid jidwi ta’ kuljum fuq xuftejna, ħuti; imma ejjew nippruvaw nintunawh b’żelu partikolari fiċ-ċirkustanza tallum, sabiex, f’għaqda spiritwali ma’ Marija, billi ntennuh magħha kelma b’kelma u kważi sillaba  b’sillaba,  nitgħallmu fl-iskola tagħha kif u għaliex għandna niċċelebraw u nbierku lill-Mulej.

Dan jgħallimna li Alla biss huwa kbir u, għalhekk, għandu jkun minna eżaltat: huwa biss isalvana u, għalhekk, l-ispirtu tagħna fih għandu jiftaħar. Huwa jbaxxi lejna bi ħnientu u jgħollina sa ħdejh bil-qawwa tiegħu. Kbira, tassew, u għolja hija l-lezzjoni tal-Magnificat, li kull wieħed u waħda minna, fil-kondizzjonijiet kollha tal-ħajja, jistà u għandu jagħmel tiegħu, biex jikseb, minbarra dawk id-doni ta’ grazzja u ta’ dawl, il-konsolazzjoni u s-serenità wkoll fil-prova tat-tribulazzjonijiet u fl-istess tbatijiet tal-ġisem, Jalla jkun ukoll għalikom, ħuti morda, sors ta’ konsolazzjoni u ta’ paċi, u jsostnikom fit-talb tagħkom u fl-offerta tat-tbatijiet tagħkom.

5. Imma jien illejla għandi ntenzjoni speċjali x’nipproponilkom u talba partikolari x’nippreżentalkom. Bħalma bla dubju tafu, għada filgħodu se nħalli Ruma għal ftit jiem u, jekk Alla jrid, se nmur nagħmel żjara f’xi pajjiżi Afrikani. Dan il-vjaġġ ġdid se jkun bħal ritorn, għaliex il-Mulej diġa ppermettieli li nżur, f’Mejju tal-1980, diversi artijiet ta’ dak il-Kontinent kbir u promettenti.Din id-darba se nmur fin-Niġerja, fil-Benin, fil-Gabon u fil-Guinera Eqwatorjali, u se jkolli b’dan il-mod il-possibiltà li niltaqà mal-komunitajiet ekkleżjali numerużi li grazzi għax-xogħol mimli enerġija ta’ tant ġenerazzjonijiet ta’ Missjunarji ta’ min ifaħħarhom, ġew stabbiliti hemm. Vjaġġ missjunarju, appuntu għaliex huwa dirett għal dawn il-Knejjes żgħażagħ, u għaliex biex imexxi l-passi tiegħi huwa unikament is-servbizz għall-kawża tal-Vanġelu, fil-kuntatt dirett mal-fidili u r-rgħajja tal-istess Knejjes.

Huwa propju hawn li taqà t-talba li aċċennajt għaliha: Sabiex il-vjaġġ imminenti jwieġeb għal din il-finalità apostolika jiena se nistedinnkom biex titolbu għalija! Tridu, takkumpanjawni, intom ilkoll ħuti li qegħdin tisimgħuni, bil-ħsieb u bl-imħabba, imma fuq kollox bil-karità ta’ talba speċjali, sabiex il-Muldej li hu biss jistà jagħtiha, lili jagħtini l-għajnuna ndispensabbli: huwa Alla li jkabbar (cf. 1Kor 3,6-7)! Hu li ssuġġerieli din l-inizjattiva, jrid ukoll, grazzi għat-talb tagħkom, jakkumpanjaha u jsostniha, biex tkun effettiva dik il-“konferma” li, bis-saħħa tal-mandat tas-suċċessur ta’ Pietru, jien għandi lejn ħuti fl-Episkopat (cf. Lq 22,32), u stimolanti l-kelma ta’ eżortazzjoni, li se nwassal lil dawk il-komunitajiet insara.

Intom,b’mod speċjali, li intom ittestjati mill-mard, tridu tgħaqqdu l-offertà tas-sofferenzi tagħkom u b’dan il-mod issegwuni mill-qrib tul dan il-vjaġġ. Intom tistgħu tagħmlu ħafna għalija; ladarba intom kapaċi li tikkomunikawli dik il-qawwa, li dwarha diġa tkellimt l-għada tal-ħatra tiegħi fis-sedja ta’ Ruma, u li tagħha wkoll fil-perjodu tal-marda tiegħi, sperimentajt il-qawwa nterna.

Naf tajjeb li linqas din id-darba ma tonqosni l-għajnuna tat-talb tagħkom, linqas il-mertu tat-tbatija tagħkom, u ta’ dan kollu nixtieq niżżikom ħajr minn issa. Waqt is-Sagrifiċċju mqaddes ma nonqosx, min-naħa tiegħi, fil-komunjoni tal-karità li hija bħan-nifs tal-ħajja tal-Knisja, li nitlob għalikom u għal saħħitkom, Hekk ikun.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Manuel Zarb

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: