Emigranti u Refuġjati: l-Papa jitlobna biex nibnu l-futur flimkien.

Print Friendly, PDF & Email

L-Jum Dinji tal-Emigranti u r-Refuġjati jaħbat fl-aħħar Ħadd ta’ Settembru, din is-sena se jiġi ċċelebrat fil-25 ta’ Settembru. Għal din is-sena, l-Papa Franġisku għażel it-titlu: “Nibnu l-Futur mal-Emigranti u r-Refuġjati”.

Fil-filmat, li sar mis-Sezzjoni tal-Emigranti u Refuġjati tad-Dikasteru għall-Promozzjoni tal-Iżvillupp Integrali Uman, il-Papa jispjega li ma nistgħux naħsbu biex nibnu futr li ma jkunx wieħed inklussiv. “Aħna lkoll imsejħin biex nimpenjaw ruħna biex nibnu futur ibbażat fuq sistema globali ġdida li twieġeb aħjar għall-pjan t’Alla, dinja fejn kulħadd jista’ jgħix fil-paċi u l-prosperità”, qal il-Papa.

“Kif taħseb li nistgħu nibnu dan il-futur flimkien?”

Il-filmat jinkludi wkoll testimonjanzi qosra ta’ żgħażagħ minn pajjiżi differenti u l-kliem tal-Kardinal Francesco Montenegro, li jaqsam l-esperjenza tiegħu ta’ għixien flimkien mal-migrnati fil-gżira tan-Nofsinhar Taljana ta’ Lampedusa, waħda mill-bibien lejn l-Ewropa.

Huwa jitkellem dwar kif l-abitanti ta’ Lampedusa, li ġew magħżula biex jirċievu l-Premju Nobel għall-Paċi, fil-persuna tal-eks Sindku, Giusi Nicolini, għax-xhieda tagħha ta’ merħba lejn ir-refuġjati u l-migranti, ħarsu lejn in-nomina. Huma osservaw, jgħid il-Kardinal, li l-veru premju għal din it-tip ta’ sitwazzjoni, li fiha n-nies huma mġiegħla jagħmlu vjaġġi perikolużi, u ħafna drabi fatali, biss biex isibu ruħhom iħabbtu wiċċhom ma’ ċaħda u disprezz għad-dinjità umana stess tagħhom, ma jseħħux aktar.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-05/videomessage-migrants-refugees-world-day-message.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: