Waqt li kien qed jindirizza lill-parteċipanti fit-tieni edizzjoni tal-laqgħa “L-Istat Ġenerali tat-Twelid”, li saret il-Ħamis fl-Auditorium della Conciliazione, f’Ruma; l-Papa Franġisku enfasizza li l-kwistjoni tar-rata tat-twelid tirrappreżenta emerġenza soċjali reali li mhix immedjatament perċettibli bħala problemi oħra li jokkupaw l-Aħbarijiet.
“Qed jitwieldu inqas tfal u dan ifisser li jfaqqar il-futur ta’ kulħadd,” qal il-Papa. “L-Italja, l-Ewropa, u l-Punent qed ifaqqru l-futur tagħhom”.
Il-Papa Franġisku indika periferija eżistenzjali fil-Punent li mhijiex faċilment innutata: dik ta’ nisa u rġiel li għandhom ix-xewqa ta’ tfal iżda li ma jistgħux ikollhom. Huwa nnota li ħafna żgħażagħ isibuha diffiċli biex jirrealizzaw il-ħolma tagħhom ta’ familja, u jispiċċaw ibaxxu r-rata tax-xewqa tagħhom, meta qed jibdluha man-negozju, l-ivvjaġġar u l-karozzi. “Is-sbuħija ta’ familja mimlija tfal tirriskja li ssir utopja, ħolma li diffiċli tirrealizza,” lamenta l-Papa.

Il-Qdusija Tiegħu kompla juri li dan il-“faqar ġdid”, il-faqar ġenerattiv ta’ dawk li jwarrbu x-xewqa tal-hena f’qalbhom u jirrasenjaw ruħhom billi jtaffu l-akbar aspirazzjonijiet tagħhom, jikkuntentaw bi ftit u ma jittamawx għal akbar. Dan il-“faqar traġiku”, żied jgħid, jolqot lill-bnedmin fl-akbar rikkezza tagħhom: dik li “jġibu ħajjiet fid-dinja biex jieħdu ħsiebhom, u jgħaddu lill-oħrajn b’imħabba l-eżistenza li rċievew”.
Il-Papa Franġisku kompla jsostni t-tema tal-laqgħa – “jista’ jsir”, tfisser “li ma taċċettax b’mod passiv li l-affarijiet ma jistgħux jinbidlu”. Madankollu, irrimarka li l-affarijiet jistgħu jinbidlu biss “jekk mingħajr biża’, li jmorru lil hinn mill-interessi partiġjani u ħitan ideoloħiċi, billi naħdmu flimkien”. Għalhekk il-Papa esprima t-tama għal sforzi konġunti mill-livelli kollha – istituzzjonali, media, kulturali, ekonomiċi u soċjali – sabiex “irawmu, itejbu, u jimplimentaw politika konkreta mmirata biex jerġgħu jqajmu r-rata tat-twelid u l-familja”.
“Naħseb fikom u nħobb nara kif il-kwistjoni tat-twelid kapaċi tgħaqqad u mhux tifred”, qal il-Papa Franġisku, “N-negozji, banek, assoċjazzjonijiet, unions, sportivi, atturi, kittieba, politiċi, ilkoll flimkien jaħsbu dwar kif tista’ terġa’ tibda tittama fil-ħajja”.
Fi tmiem id-diskors tiegħu, l-Papa Franġisku enfasizza l-importanza tal-konkretezza quddiem id-data, il-projezzjonijiet, u l-istatistika li huma magħrufa minn kulħadd. “Wasal iż-żmien li nagħtu tweġibiet reali lill-familji u liż-żgħażagħ: it-tama ma tistax u m’għandhiex tmut bl-istennija”, qal.
Fl-aħħarnett, il-Papa invoka l-barkiet ta’ Alla fuq l-isforzi tal-parteċipaneti tal-laqgħa biex flimkien “nistgħu naqilbu l-mixja ta’ din ix-xitwa demografika kiesħa”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-05/pope-general-state-of-birth-natality-cold-demographic-winter.html