PELLEGRINAĠĠ APOSTOLIKU FIN-
NIGERIA, BENIN, GABON U GUINEA EQUATORIALI
QUDDIESA
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Cotonou (Benin), 17 ta’ Frar 1982
Għeżież ħuti.
1. Niżżu ħajr lil Alla!
Jalla l-Bxara t-Tajba ta’ Ġesù tkun dejjem il-ferħ tagħkom! Jalla l-Vanġelu tiegħu jippenetra dejjem, bid-dawl u l-qawwa tiegħu, fil-profond ta’ qlubkom, tal-familji tagħkom, tad-drawwiet tagħkom, tar-realtajiet kollha ta’ ħajjitkom ta’ Benineżi! Jalla jkun is-salvazzjoni tagħkom! U jalla jżommkom magħqudin ħafna!
Għeżież Benineżi, dan huwa l-messaġġ li se nimmeditaw. Imma qabel kollox kelma ta’ tislima kordjali.
Intom magħrufin għall-ospitalità skwiżita tagħkom li minnha jien ukoll qiegħed ingawdi dalgħodu. Ippermettuli mela, li min-naħa tiegħi, nibda billi nsellem il-barranin mistiedna tagħkom, il-ħbieb tagħna mit-Togo.
Għeżież uliedi tat-Togo, intom ġejtu apposta flimkien mal-Isqfijiet tagħkom biex titolbu mal-Papa, bħal sentejn ilu f’Accra. Iżda f’ħarsitkom naqra sfortunatament ftit dwejjaq: sfortunatament, ukol din id-darba, ma nistax inżurkom. Nittama li xi darba jirnexxili, jekk il-Mulej jippermetti. Jiena naf li f’Pajjiżkom għandkom numru ta’ komunitajiet insara numerużi u mimlijin ħajja, u intom diġa preżenti ħafna fi ħsibijieti u f’qalbi. Għidu dan liċ-ċittadini tagħkom meta tkunu erġajtu lura fi djarkom. U l-omelija li se ninseġ issa lill-ġirien qraba tal-Benin, se tirreferi, fil-biċċa l-kbira tagħha, għalikom ukoll.
2. “Morru mela u għallmu lill-ġnus kollha” (Mt 28,19).
Għeżież uliedi tal-Benin, il-Bxara t-Tajba afdata minn Kristu lill-Appostli tiegħu f’jum it-Tlugħ tiegħu fis-sema, waslet sa hawn. Il-Benin, min-naħa tiegħu, wara tant popli oħra bħal dak ta’ Ruma li tiegħu jiena l-Isqof, bħal dak tal-Polonja fejn għandi għeruqi, laqgħu lill-messaġġiera tal-Bxara t-Tajba. “Kemm huma sbieħ dawk ir-riġlejn ta’ dawk li jwasslu aħbar ferrieħa ta’ ġid!” tgħid l-Iskrittura kkwotata minn San Pawl (Rm 10,15). Dan seħħ madwar mija u għoxrin sena ilu: il-missjunarji li waslu għandkom ma ġewx minn jeddhom, imma kienu mibgħuta. “U kif se jħabbru [l-Mulej], mingħajr ma jkunu l-ewwel mibgħuta?” (Rm 10,15). Huma kienu mibgħuta mill-Knisja f’isem Kristu li kien qal “Morru… [fin-] nazzjonijiet kollha” (Mt 28,19). Agħtu b’xejn bħalma rċivejtu intom b’xejn”.
Pajjiżkom kien għex ħafna bla ma kien għaraf il-Vanġelu. “U kif setgħu jemmnu, mingħajr ma qatt kienu semgħu min jitkellem? U kif setgħu jisimgħu min jitkellem mingħajr ħadd li jħabbrilhom?” (Rm 10,14). U madankollu fil-progress kiebi tiegħu, il-Benin ma kienx nieqes mill-valuri umani, minn valuri reliġjużi.
Għaqal antik kien ippresieda r-rapporti familjari, fil-ħajja tar-raħal u tal-Istat. Spirtu profondament reliġjuż kien jikkaraterizza, u s’issa għadu jiddistingwi, l-abitanti tal-pajjiż. Alla ma kienx bogħod minn kull wieħed u waħda minnhom għaliex huma wkoll kienu tal-istess razza, bħal ma stqarr San Pawl fir-rigward tal-Atenjaniżi. Kienu mmaturaw u tħejjew mill-istorja millenarja tagħhom, li tintilef fil-lejl taż-żminijiet, u tagħti provi li ma jaqanqlu ebda dubji. Misteru tal-Providenza, li, iżda, jippermetti li l-wiċċ tas-Salvatur ikun lilhom irrivelat biex iferrex id-dellijiet u l-inċertezzi, biex jikkonverti dak li, bħal fost popli segwaċi oħra ta’ reliġjon naturali, kellu jiġi kkoreġut, ippurifikat, elevat biex jistabilixxi fil-qlub l-imħabba ta’ Alla lejn l-aħwa bħalma Ġesù kien għallem.
Stadju ġdid kien ingħata bidu.
3.Illum, qabel kwalunkwè ħaġ’oħra, aħna niżżu ħajr lil Alla għal dawn il-mija u għoxrin sena ta’ evanġelizzazzjoni. Diġa l-predeċessur tiegħi Ġwanni XXIII kien indirizzalkom ittra, fit-18 ta’ Ottubru 1961, għaċ-ċentinarju, ittra sabiħa li nġibet lilkom mill-Kardinal Dekan tal-Kulleġġ Sagru. Jiena nagħmel tiegħi dak il-messaġġ. Illum il-Papa jiġi fiżikament f’nofskom biex jiċċelebra l-għeġubijiet ta’ Alla u jwettaq il-mixja tagħkom fil-fidi. Hekk ingħata lili mill-Providenza li salvatni mill-attentat tat-13 ta’ Mejju li għadda, u għal dan ukoll intom se tiżżu ħajr flimkien miegħi.
Min jistà jiddeskrivi l-isforzi sigrieti, imferrxa bil-ferħ u bis-sagrifiċċji, tal-pijunieri tal-Vanġelu, u tas-suċċessuri tagħhom, matul dan il-perijodu ta’ Kristjaneżmu? Kellhom bżonn ħafna sabar, ħafna fidi, u fuq kollox ħafna mħabba lejn il-Benineżi, biex bil-mod il-mod idaħħluhom fil-milja tal-ħajja nisranija u tar-responsabiltajiet fil-Knisja. Ġisimhom qiegħed jistrieħ fl-art ta’ dan il-Pajjiż. “Jekk iż-żerriegħa tal-qamħ li taqà fl-art… tmut, tipproduċi ħafna frott” (Ġw 12,24). Illum il-Knisja, bħal siġra tal-għeruq b’saħħithom, kibret, tibda minn ulied dan il-poplu. Issa għandha s-saċerdoti u l-Isqfijiet tagħha, ir-reliġjużi ndiġeni tagħha. U wkoll membru tal-Kulleġġ Sagru tsal-Kardinali! Mingħajr ma nirrakkontaw l-istorja kollha, ejjew inħarsu pjuttost lejn il-Knisja tal-Benin kif tippreżenta ruħha attwalment.
Nenfasizzaw l-aspetti pożittivi li, grazzi lil Alla, huma tagħha u li huma mottivi ta’ tama li fuqhom irid ikun ibbażat il-progress tagħha, mhuwiex li nċedu għat-trijonfaliżmu. Il-Knisja fil-Benin għaddiet minn dewmien, tbatijiet, tentazzjonijiet u jistà jkun abbandun. Hija tkompli tkun kuxjenti b’mod imdawwal tad-dgħufijiet u d-defiċjenzi tagħha, imma mhuwiex evidenti li qiegħda terġà ssib qawwa ġdida, vitalità ġdida? Moviment ta’ komverżjoni ma jiqafx li jaħdem f’nofskom, għeżież ħuti tal-Benin.
Il-fidi ssir iktar qawwija u iktar profonda f’ħafna minnkom, intom tħossu l-esiġenza b’mod maġġuri.
Tgħallimtu u se tkomplu titgħallmu tagħrfuha aħjar, tassikuraw ruħkom. Tafu l-valur u l-bżonn vitali tas-sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet reliġjużi. Jidhru wkoll jimmultiplikaw ruħhom gruppi ta’ talb ta’ żgħażagħ u ta’ adulti. Il-vokazzjonijiet saċerdotali – dan huwa sinjal tajjeb – jiffjorixxu iktar numerużi. Diversi lajċi jaċċettaw, bla ebda ħlas, li jkunu katekisti ta’ ħuthom. Oħrajn iħejju ruħhom għal apostolat li jrid jitwettaq fl-ambjent studentesk propju, ħaddiemi jew rurali. L-istrumenti tal-katekeżi huma oġġett ta’ tiġdid permezz tal-utilizzazzjoni tat-toroq l-iktar xierqa għall-inklinazzjoni l-iktar ġenjali tagħkom, bħall-kant ċelebri rjali hanyé. Bl-istess mod, il-liturġija hija ħajja, b’riti espressivi li xejn ma jnaqqsu għad-dinjità u għat-talb. Ix-xhieda tal-karità segwita biex timmanifesta ruħha f’ċerti oqsma tal-ħajja soċjali, hemm fejn hu possibbli, b’mod partikolari fl-attivitajiet ta’ assistenza sanitarja, fl-isptarijiet u fil-kliniċi. Flimkien maċ-ċittadini tagħkom, intom qegħdin taħdmu serjament biex tippromwovu l-ġustizzja, il-paċi u l-prosperità ta’ Pajjiżkom.
Huwa meħtieg li ngħidu li Rebbiegħa ġdida qiegħda tiftaħ għall-Knisja fil-Benin? Dan jiena nawgurah b’qalbi kollha flimkien magħkom. Ejjew nafdaw tali Rebbiegħa lill-grazzja ta’ Alla. U jiena niġi l-ewwel ħaġa biex ninkuraġġixxi dan it-twelid ġdid billi nistedinnkom biex tħalluha tikber, biex issaħħuha.
4. Bdanakollu, ħuti tal-Benin, kunu għassa!
Stadju ġdid jippreżenta ruħu quddiemkom. L-evanġelizzazzjoni trid tkompli għaddejja, tinfirex għal oħrajn u, fuq kollox, tippenetra iktar fil-fond fir-realtà ta’ ħajjitkom personali.
Mhemmx jewwilla fost iċ-ċittadini tagħkom li għadhom ma jagħrfux verament il-Vanġelu, u ma jistgħux għalhekk jisselfu l-fidi? Bla dubju, l-ubbidjenza għall-fidi (cf. Rm 10,16) għandha dejjem titwettaq fil-misteru tal-għarfien, eżenti minn kull sfurzar estern. Imma b’mod speċifiku, kif jistà wieħed jersaq b’mod liberu lejn il-Knisja ta’ Kristu jekk ma jkunx kellu l-okkażjoni li jismà predikazzjoni tal-fidi u, b’mod speċjali, li jaraha migħuxa minn komunità ta’ ġirien, ta’ ħbieb? Qiegħed naħseb b’mod partikolari dwar ċerti reggjuni tat-Tramuntana tal-Pajjiż li sallum l-ewwel evanġelizzazzjoni għadha ma ġietx rejalment effettwata. Għalkemm, grazzi lil Alla, xi missjunarji barranin qegħdin itukom għajnuna prezzjuża, dejjem imiss iktar lill-Benineżi, b’mod speċjali lis-saċerdoti u lis-sorijiet, li jmorru biex iwasslu l-Bxara t-Tajba lill-Benineżi oħra, minn dijoċesi għal oħra. U hekk hu, għaliex le, ‘il hemm mill-fruntieri tagħkom, per eżempju lill-Afrikani l-oħra. Jiena nħeġġiġkom għal din il-kondiviżjoni tal-fidi. Il-fatt li l-Kardinal Gantin ġie msejjaħ Ruma, l-ewwel għas-servizz tal-Kongregazzjoni għall-Evanġelizzazzjoni tal-Popli, imbagħad biex jippromwovi l-ġustizzja u l-paċi fil-Pajjiżi kollha, ma jixprunax lill-Knisja tagħkom biex tkun dejjem iktar missjunarja?
5. Imma nixtieq nitkellem maġġorment dwar it-tieni stadju tal-evanġelizzazzjoni. Hija ħaġa ċerta li San Pawl imur għall-essenzjal meta jsostni: “… jekk tistqarr b’fommok li Ġesù huwa l-Mulej, u temmen b’qalbek li Alla qajmu ill-imwiet, inti ssalva” (cf. Rm 10,9). U din hija l-fidi li fiha intom kontu mgħammdin. Imma l-istess Appostlu kien spiss iżur il-komunitajiet minnu mwaqqfa, sabiex il-magħmudija, jiġifieri l-bidu tan-nisrani., ikollha diwi fil-ħajja kollha, u huwa jiddedika t-tieni parti ta’ kull ittra biex jiddeskrivi l-progress tad-drawwiet insara. Ġesù wkoll ma kienx qal biss: “Għammdu”, imma għallmuhom “josservaw dak kollu li jiena ordnajtilkom”: “(Mt 28,20).
Tevanġelizza mela jfisser xerrdu u mlew kullimkien bl-ispirtu tal-bejatitudni – sempliċità tal-ħajja, rettitudni, purezza, ġustizzja, paċi, kuraġġ u, fuq kollox, l-imħabba – ir-relazzjoni ta’ kuljum tal-persuni bejniethom u ma’ Alla, dawk bejn il-gruppi, u ir-rapporti fil-familji u fis-soċjetà; u dan sa ma jagħtu timbru profond, minn ġewwa, permezz tad-dawl u tal-qawwa tal-Vanġelu, għar-rejaltajiet l-iktar intimi u l-iktar radikati, għaad drawwiet,, għall-kriterji tal-ħaqq, għall-valuri deċiżivi, għaċ-ċentri ta’ interess, għal-linji tal-ħsieb, għas-sorsi tal-ispirazzjoni u għall-mudelli tal-ħajja “bla ma teskludu l-istituzzjonijiet li jinfluwenzaw kollox):f’kelma waħda, għad-diversi kulturi (cf. Pawlu VI, Evangelii Nuntiandi,19-20). Il-konnessjoni tal-Vanġelu tgħin biex tipproduċi frott ġdid mis-siġra mitmugħa ilma tal-ħajja Afrikan.
B’dan il-mod l-irġiel u n-nisa jakkwistaw l-personalità umana u nisranija awtentika tagħhom, b’konsistenza magħhom infushom, jiġifieri mar-ruħ Afrikana propja
B’dan il-mod, per eżrempju, hemm bżonn li nestendu l-evanġelizzazzjoni tal-individwi lill-familji jew, aħjar, għall-ħajja kollha familjari, sabiex – impjantati fuq il-virtujiet antiki l-oħra bħas-solidarjetà bejn il-familji u l-ferħ tal-fertilità – tiddi dejjem b’mod ikbar l-imħabba personali bejn il-miżżewġin migħuxa fir-rispett, fl-għaqda u l-fedeltà assoluta tal-koppja; l-attenzjoni tal-edukazzjoni tal-ulied u dak kollu li joħroġ mill-Vanġelu, kif fakkart, wara s-Sinodu, fl-aħħar eżortazzjoni apostlika tiegħi.
L-evanġelizzazzjoni għandha barra minn dan iddawwal, tippurifika u tgħolli l-korp tad-drawwiet u tat-tradizzjonijiet li jispiraw b’mod hekk qawwi l-moħħ taċ-ċittadini tagħkom, bl-iskop li jassumu dak kollu li jistà jikkontribwixxi għal ħajja iktar konformi mal-fidi nisranija u, fl-aħħar minn l-aħħar, iktar profondament umana. Il-kuxjenzi għandhom ikunu mgħejjuna b’mod pront f’din l-opra ta’ dixxerniment: hekk, ħielsa għal kollox mill-biżà, il-fidili jkunu jistgħu jipprogredixxu fil-paċi waqt li jwasslu għall-iżvilupp sħiħ l-aħjar parti tagħhom infushom, bil-patrimonju kulturali li huma jistgħu u għandhom jippriservaw, imma billi jaċċettaw l-esiġenzi u, fejn meħtieġ, il-projbizzjonijiet imposti mill-Vanġelu. Konsegwentement, l-insara mela jkunu verament denji ta’ Kristu, billi jżommu l-effett tal-melħ jew tal-ħmira fl-għaġina, u l-fidi tagħhom ma ssirx bla togħma fl-ambigwità ta’ sinkretiżmu perikoluż.
Huwa meħtieġ ukoll li nevanġelizzaw ukoll r-realtajiet tax-xogħol, tal-ħajja soċjali. L-insara għandhom ikunu jafu jikkritikaw b’ċarezza l-materjaliżmu u l-preokkiupazzjoni eċċessiva tal-qligħ li jheddu mhux biss li jwasslu għat-telf ta’ ruħhom (cf. Pawlu VI, Populorum Progressio, 40-41), imma wkoll għad-deterjorament tar-rapporti soċjali, jiffavorixxu l-qerq, għall-korruzzjoni tal-kuxjenza professjonali, u għat-traskuraġni tas-sens tad-dmir – kull wieħed jillimita ruħu għar-riklamar tad-drittijiet tiegħu –, li jwasslu biex itellfu s-sens tal-ġid komuni u dak tal-gratwità fir-realazzjonijiet umani, tant għażiż għall-Benineżi. Iva, l-insara, minħabba l-fidi tagħhom u l-imħabba lejn art twelidhom, għandhom ikunu fil-linja ta’ quddiem fost dawk li jridu, tqum kemm tqum, biex jippromwovu u jirristabilixxu dawk il-valuri li mingħajrhom is-soċjeta tasal biex tiddegrada ruħha.
U jagħtu wkoll l-insara l-eżempju ta’ attenzjoni kbira fil-konfront tal-foqra billi jikkontribwixxu b’mod validu sabiex dawn ikunu jistgħu jkollhom dejjem x’jieklu, jilbsu, jikkuraw lilhom infushom, jitgħallmu u jgħixu ta’ wlied Alla.
6. Li kieku kelli iktar ħin, kont nieħu gost nindirizza, lill-kategoriji kollha tal-Poplu ta’ Alla, inkuraġġimenti dettaljati dipendenti tal-prinċipji tal-evanġelizzazzjoni issa esposti. Imma l-Isqfijiet tagħkom, li għandhom il-fiduċja tiegħi kollha, se jieħdu ħsieb jiżviluppaw, bl-istess spirtu dan id-djalogu. Jiena kuntent li għandi madwari lill-Mons. Christophe Adimou, Arċisqof ta’ Cotonou, u l-koadjutur tiegħu Monsinjur Isidore de Souza; Monsinjr Lucien Agboka, Isqof ta’ Abomey, Monsinjur Nester Assogba, Isqof ta’ Parakou, Monsinjur Vincent Mensah, Isqof ta’ Porto Novo, Monsinjur Robert Sastre, Isqof ta’ Lokosso u Monsinjur Patient Redois, Isqof ta’ Natitingou.
Jiena nikkuntenta ruħi mela ngħidilkom flimkien magħhom:
Għeżież “saċerdoti” ġeddu bil-ferħ id-don meraviljuż ta’ ħajjitkom lill-Mulej. Il-poplu nisrani jqimkom, iħobbkom u jorbot fuqkom. Mal-Mulej, intom mela r-rġħajja t-tajbin, dejjem disponibbli u qrib il-poplu tagħkom, kemm tal-ambjenti umli, kif ukoll ta’ dawk edukati. Kunu disposti ħafna biex tisimgħu lil-lajċi nsara li l-fiduċja u l-ġenereżità tagħhom iservu ta’ meżżupass għas-saċerdozju tagħkom. Approfondixxu wkoll l-istudju tar-realtajiet u tal-kulturi li tiltaqgħu magħhom, biex tiddeterminaw mal-Isqfijiet tagħkom pastorali rilevanti u d-djalogu addottat għal dawk kollha li jemmnu f’Alla.
Għeżież “seminaristi”, jien nifraħ nara jiżdied in-numru tagħkom, kemm fis-Seminarju l-kbir ta’ Ouidah kif ukoll fis-Seminarji żgħar ta’ Adjatokpa, ta’ Djimé, ta’ Parakou: għall-ġejjieni tal-Knisja dan hu ta’ mportanza kapitali. U, koinċidenza providenzjali, illum, eżattament tnejn u sebgħin sena ilu, kien inawgurat is-Seminarju ta’Ouidah, li xtaqt li nżur! Dan ifforma lill-kbar fostkom: is-saċerdoti kollha, sebà Isqfijiet Benineżi – ngħid sebgħa għaliex hemm bżonn li ngħodd magħhom ukoll lill-Kardinal Ġsantin – u l-Isqfijiet tat-Togo, Is-siġra tingħaraf mill-frott tagħha! Irrid infakkar ukoll iil-figuri meraviljużi ta’ saċerdoti li marru fid-dar ta’ Alla: Patri Thomas Moulero, Patri Gabriel Kiti, Patri Dominique Adeyemi, Patri Lucien Hounongbé u il-meqjum Monsinjur Moïse Durand li ħalliena reċentement.
Qisu bħala grazzja distinta il-fatt tal-qadi tal-Poplu ta’ Alla fis-saċerdozju, bl-unika ambizzjoni li tikkonsagraw ruħkom totalment għall-opra urġenti tal-evanġelizzazzjoni li dwarha kellimtkom, u li tirregalaw liċ-ċittadini tagħkom il-ħajja stess ta’ Alla.
Jalla d-“djakni” u “ħutna” reliġjużi jagħrfu huma wkoll ikomplu b’żelu il-ministeru tagħhom jew is-servizz tagħhom li għandu post rilevanti fil-Knisja.
U lilkom, għeżież “Sorijiet”, ngħidilkom kelma speċjali: Mal-ferħ li jinfirex b’mod hekk spontanju mill-qalb u mill-wiċċ tal-insara Bienniżi, intom iżżidu b’mod ovvju dak li tkunu liberi li tħobbu lill-Mulej b’qalb offruta lilu biss, biex tgħaddu ħajja sempliċi, evanġelika, li ġġib is-sinjali tal-fiduċja ta’ Alla, tal-imħabba lejn il-foqra, tas-servizz lill-Knisja, tas-sens missjunarju. Jalla x-xhieda tagħkom tkun tistà tiddi dejjem iktar.
Ma rridx ninsa lir-“reliġjużi kontemplattivi”, it-Trappisti ta’ Kokoubou u l- Benedettini ta’ Zagnanado, it-Trappisti ta’ Parakou u l-Benedettini ta’ Toffo. Niżżu ħajr lil dawn l-irġiel u lil dawn in-nisa biex jitolbu lejl u nhar għall-Benin u għall-Knisja kollha, f’dawk il-postijiet għolja tal-adorazzjoni u tal-interċessjoni li jimmanifestaw il-gratwità tal-imħabba ta’ Alla.
Għeżież “lajċi nsara”, missirijiet u ommijiet ta’ familja, tfal u żgħażagħ, katekisti, animaturi ta’ komunità, irġiel u nisa li teżerċitaw forom multipli ta’ apostolat, il-Knisja torbot ħafna fuqkom. Jiena nħeġġiġkom biex tkomplu l-formazzjoni li tippermettilkom li terġgħu twettqu aħjar is-servizz tagħkom fil-Knisja. Komplu ixhdu bla biżà l-fidi tagħkom li jixirqilha r-rispett u l-istima taċ-ċittadini kollha tagħkom. Assumu, bi ftehim mas-saċerdoti, ir-responsabiltajiet meħtieġa biex issostnu l-fidi, it-talb u l-azzjoni nisranija ta’ ħutkom, u biex tevanġelizzaw ir-realtà konkreta u ta’ kuljum li huma xortikom. Qed naħseb b’mod partikolari għall-irwol manifiku li n-nisa jistgħu jiżvolġu fil-familja, fil-parroċċa u maġemb in-nisa l-oħra Afrikani.
Fl-aħħarnett, lil dawk kollha li huma mfixkla mill-mard, mit-tbatija fiżika u morali, minn provi ta’ kull tip, mill-kalzri, ħa jħossu ruħhom qrib qalb il-Papa li jixtieq iwassal lilhom il-konfort li Ġesù kien jaġhti bi preferenza lill-imġarrbin. Ebda waħda mit-tbatijiet tagħhom mhi mitlufa fix-xirka tal-qaddisin!
7. Qabel ma nispiċċa se nħallilkom kunsinna, li hija l-aħħar kunsinna ta’ Ġesù u dik hekk spissa mtenniha lill-Appostli Pietru u Pawlu: Ibqgħu magħqudin bejnietkom. Għal dan il-għan, kunu għassa, minn ġewwa u minn barra. Oh, iva, jalla li bejnietkom l-għaqda tal-fidi u tal-karità tirbaħ dejjem fuq id-differenzi tal-metodi, fuq it-tortijiet li jistgħu juru ruħhom bejn l-insara, fuq l-għira, fuq l-ispirtu settarju li jistà jagħmel ħsara lill-Knisja! U ftakru li l-Knisja għaddiet, fil-bidu tal-istorja tagħha kif ukoll issa, minn diffikultajiet u provi ta’ kull tip li fosthom il-firda ma kinitx l-iżgħar. Li taċċettaw li tħallu jinfiltraw fost l-insara kulturi ta’ dubju u ta’ kuntrast huwa dejjem fatali għall-komunitajiet insara li ma jridux wisq biex iġarrbu l-konsegwenzi billi jsiru dgħajfa u vulnerabbli. Ixhdu, għall-kuntrarju, fil-paċi u mingħajr mibegħda lejn ħadd, is-solidarjetà fraterna tagħkom. Hekk tkunu magħqudin bejnietkom, magħqudin madwar l-Isqfijiet tagħkom, magħqudin mas-suċċessur ta’ Pietru, garanti tal-fedeltà u tal-għaqda.
Finalment inħeġġeġ lill-kattoliċi biex iżommu r-rapporti tajbin li għandhom ma’ dawk li jaqsmu l-fidi ta’ Kristu.
8. Dan il-programm huwa ferm ambizzjuż jew tqil iżżejjed?
Għall-forzi umani tagħna, jistà jidher li iva.
Imma Kristu qalilna fil-Vanġelu tallum: “…jiena magħkom sal-aħħar jiem, sal-aħħar tad-dinja” (Mt 28,20). U l-ittra ta’ San Pawlu ukoll kienet tgħid: “Kull min jemmen fih ma jkunx diżappuntat” (Rm 10,11).Jekk intom tkunu fidili lejn Kristu, huwa ma jkunx jistà jabbandunakom. Linqas msa jieqaf jikkopera, b’mod misterjuż, fl-opra kollha tagħkom tal-evanġelizzazzjoni. La tibżgħux. Miegħu intom fit-tama, fil-paċi, nissogra ngħid fil-ferħ tal-insara li minnu diġa intom b’mod miftuħ animati.
Il-Kardinal Gantin żgur li jiftakar, flimkien ma bosta Benineżi, dwar it-tliet kelmiet-muftieħ li kien iħobb jirripeti Monsinjur Parisot, il-predeċessur tiegħu fis-sedja ta’ Cotonou.
Huma bla dubju m’għandhomx il-pretensjoni li jissintetizzaw il-misteru nisrani, bdanakollu huma espressjoni sinifikattiva ta’ ħajja spiritwali profonda: “Is-Salib, l-Ostja, il-Verġni”. “Is-Salib”; bla dubju intom iġġorruh, iġġorruh sa minn issa, imma mhux weħedkom, ma’ Kristu, ma ħutkom kollha tal-Knisja universali li wħud minnhom huma tassew ippruvati; dan allura jsir is-sors tal-ħajja. “Il-Verġni”: intom titolbuha, b’mod speċjali qrib il-Grotta ta’ Sidtna d’Assa, u titolbuha iktar b’mod aħjar; hija tiggwida immankabilment lil uliedha fuq it-triq ta’ Binha, u tikseb għalihom l-Ispirtu Santu; tgħasses fuqkom bħalma tgħasses fuq pajjiżi. “L-Ostja” “L’Ostia”: mhix jewwilla l-quċċata tal-Kult tagħna? Hija Kristu ħaj li issa jgħaqqadna, li joffri lilu nnifsu għalina, li jittrażmettilna ħajtu.
E ni kpa Mawu – E ni kpa Gesù Cristù – E ni kpa Maria (Ikun imfaħħar – Ikun imfaħħar Ġesù Kristu – Tkun imfaħħra Marija).
Amen!
Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb