Il-Ġimgħa 13 ta’ Mejju, bħala parti minn inizjattiva marbuta mas-Sinodu tal-Isqfijiet, Emilce Cuda, Segretarja tal-Kummissjoni Pontifiċja għall-Amerika Latina, mexxiet grupp ta’ professuri universitarji f’laqgħa mal-Papa Franġisku.
It-tim ta’ professuri ġej mill-Università ta’ Loyola f’Chicago, u kienu parti mill-grupp li fl-24 ta’ Frar, kellhom laqgħa virtwali mal-Papa bl-isem “Nibnu l-Pontijiet mit-Tramuntana għal Nofsinhar”. Fl-udjenza papali ħadu sehem ukoll edukaturi oħra mill-Istati Uniti u diversi universitajiet tal-Amerika Latina u qed jagħmlu sensiela ta’ laqgħat oħra fis-Santa Sede.
L-għan hu li jippromwovu “proċess sinodali universitarju”, skont stqarrija mis-Sinjura Cuda. Il-grupp se jħabbar it-tnedija ta’ korsijiet mgħallma b’mod konġunt – kemm fl-oqsma umanistiċi kif ukoll fix-xjenzi bħal matematika, fizika, bioloġija eċċ – li għandhom jiġu offruti f’universitajiet madwar l-Amerika ta’ Fuq u t’Isfel.
“L-għan, hu lit-tagħlim ikun f’konformità mat-tagħlim tal-Papa, kif ukoll li jiġu ġġenerati proċessi ta’ trasferimenti tat-teknoloġija u integrazzjoni tal-għarfien bejn iż-żewġ emisferi biex jiġu promossi riforma ekoloġika,” hekk taqra l-istqarrija. L-korsijiet se jiffokaw ukoll fuq diversi kwistjonijiet li għadhom għaddejjin, inklużi l-migrazzjoni, l-politika tal-enerġija, u l-kriżi tal-ikel.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-05/pope-francis-meeting-loyola-university-students-synod.html