Il-Papa Franġisku jibgħat il-kondoljanzi għall-mewt tal-President emeritu tal-UAE

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku bagħat messaġġ ta’ kondoljanzi għall-mewt tal-Eċċelenza Tiegħu Sheikh Khalifa bin Zayed Al Nahyan, President tal-Emirati Għarab Magħquda u Sovran ta’ Abu Dhabi.

Fil-messaġġ tiegħu, l-Papa jikteb li hu tnikket meta sar jaf bil-mewt ta’ Sheikh Khalifa bin Zayed Al Nahyan, u joffri l-kondoljanzi u talb mill-qalb. Jingħaqad ukoll mal-poplu tal-Emirati “fil-biki tal-mewt tiegħu u biex jagħti ġieħ lit-tmexxija distinta u lejn il-qadi li ta fis-servizz lejn in-nazzjon”.

Il-Papa Franġisku jikteb li huwa “partikolarment grat għal ħerqa murija mill-Eċċelenza Tiegħu lejn is-Santa Sede u lejn il-komunitajiet Kattoliċi fl-Emirati, u għall-impenn tiegħu lejn il-valuri tad-djalogu, il-fehim u s-solidarjetà bejn il-popli u t-tradizzjonijiet reliġjużi mħabbra solennement mid-dokument storiku ta’ Abu Dhabi u inkorporat fil-Premju Zayed għall-Fraternità Umana”.

Huwa jafda lill-Eċċelenza Tiegħu fil-ħniena eterna ta’ Alla l-Għoli, l-Papa jitlob ukoll biex il-wirt tiegħu “jkompli jispira l-isforzi ta’ nies ta’ rieda tajba kullimkien biex jipperseveraw ħa jinsġu rabtiet ta’ għaqda u paċi bejn il-membri tal-familja umana”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-05/pope-francis-sends-condolences-following-death-of-the-uae-presi.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: