Sparaturi f’Texas: Il-Papa jikkundanna t-traffikar indiskriminat tal-armi

Print Friendly, PDF & Email

Nhar it-Tlieta, 19-il tifel u tifla u 2 għalliema nqatlu innoċentament meta żagħżugħ armat ta’ 18-il sena daħal fl-Iskola Elementari Robb f’Uvalde, Texas. Is-suspettat, identifikat bħala Salvador Ramos, kien diġà lin-nanna tiegħu stess qabel ma daħal fl-iskola. Aktar tard inqatel minn uffiċjali tal-infurzat tal-liġi.

Uvalde Memorial Hospital stqarrew li 15-il student minn Robb Elementary ġew ittrattati fil-kamra tal-emerġenza, b’numru trasferit lejn San Antonio għal aktar kura. Kważi 500 student jattendu l-iskola predominata mill-lingwa Ispanika, li jvarjaw fl-età minn 7 sa 10 snin. 

Il-Papa Franġisku, waqt l-Udjenza Ġenerali ta’ nhar ta’ Erbgħa, qal li qalbu hi mnikkta bit-telfa ta’ ħajjiet innoċenti.

“Qed nitlob għat-tfal u l-adulti li nqatlu, u għall-familji tagħhom. Wasal iż-żmien li ngħidu biżżejjed għat-traffikar indiskriminat tal-armi. Ejjew ilkoll nimpenjaw ruħna biex traġedji bħal dawn qatt ma jerġgħu jiġru”.

Fi stqarrija, l-Kardinal Blase J. Cupick, Arċisqof ta’ Chicago, qal: “Għadna ma nafux jekk ir-raġel armat ta’ Uvalde ħax vantaġġ mill-“permitless carry” (serje ta’ liġijiet li jaċċettaw li tista’ ġġorr arma fuqek), imma nafu li l-Amerika hija mimlija pistoli. Għandna aktar armi tan-nar minn nies”

“Waqt li nirrifletti fuq dan l-aħħar massakru Amerikan, nibqa’ nirritorna għall-mistoqsijiet: Min aħna bħala nazzjon jekk ma naġixxux biex nipproteġu lil uliedna? X’inħobbu l-aktar: l-istrumenti tal-mewt tagħna jew il-futur tagħna?”

Il-Kardinal innota li l-isparaturi tal-massa saru realtà ta’ kuljum fl-Amrika llum, u fakkar li proprju l-ġimgħa li għaddiet għexieren ta’ nies sfaw vittmi ta’ avvenimenti bħal dawn. “Id-daqs tal-kriżi, u l-orrur kbir tagħha, jagħmluha wisq faċli li wieħed jitfa’ idejh u jiddikjara: Ma jista’ jsir xejn. Imma dak huwa l-parir tad-disprament, u aħna poplu ta’ tama. X’qed nittamaw għal uliedna?”

Huwa rrimarka li l-miżuri tas-sigurtà tal-armi jagħmlu differenza, u li studju tal-Mediċina tal-Majjistral tal-2021 sabet li l-Projbizzjoni Federal tal-Armi, ipprevjeniet 10 sparaturi tal-massa matul l-10 snin li kienet fis-seħħ. “It-Tieni Emenda ma niżlitx mis-Sinaj. Id-dritt li ġġorr l-armi qatt mhu se jkun aktar importanti mill-ħajja umana. Uliedna għandhom d-drittijiet ukoll. U l-Uffiċjali eletti tagħna għandhom dmir morali li jipproteġuhom”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-05/pope-francis-heartbroken-at-latest-us-shooting.html

%d bloggers like this: