Ġwanni Pawlu II mar-Retturi tas-Seminarji Djoċesani

Print Friendly, PDF & Email

QUDDIESA GĦAR-RETTURI TAS-SEMINARJI DJOĊEsANI
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Kappella Matilde, 25 ta’ Frar 1982

Għeżież Konfratelli!

Fi spirtu ta’ għaqda saċerdotali nestendilkom it-tislima tiegħi f’din iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika komuni.

Fid-dijoċesijiet tagħkom ħudu ħsieb il-vokazzjoni ta’ min hu msejjaħ biex jaħdem fl-għalqa tad-dwieli tal-Mulej. B’dan il-mod aqsmu intenzjoni kbira tal-Papa, li kull wieħed jitlob lill-Mulej, sabiex jibgħat ħafna ħaddiema tajbin għall-ħsad tiegħu. Il-vjaġġi pastorali tiegħi juruni kontinwament li: “Il-ħsad huwa bosta, imma l-ħaddiema huma ftit” (Lq 10,2).

Bi pjaċir speċjali sirt naf bix-xewqa tagħkom li ssiru tafu personalment xi oraniżmi u kollaboraturi tal-Kurja Rumana, waq il-laqgħa tar-retturi tas-seminarji li se żżommu din is-sena fil-belt eterna. Jalla l-laqgħat numerevoli u amikevoli ta’ dawn il-jiem u l-komunjoni fraterna fit-talb u fl-imqaddes sagrifiċċju tal-quddiesa mal-Isqof ta’ Ruma, isaħħu l-għaqda ta’ korresponsabiltà maċ-ċentru ħaj tal-Knisja u l-ministeru suprem tagħha ta’ tagħlim u ta’ ġwida: jalla jsiru laqgħat fruttużi wkoll għall-Knejjes lokali tagħkom. Is-sagrifiċċju ewkaristiku li se noffru f’din il-konċelebrazzjoni jsir sors ta’ barkiet għonja għalina lkoll u għas-servizz tagħna komuni fil-Knisja ta’ Kristu.

Fix-xewqa tagħkom nara wkoll fikom lil dawk kollha li hawn rappreżentati u li fil-mixja tagħhom lejn is-saċerdozju huwa afdati għall-gwida u għall-attenzjoni tagħkom.

Itrażmettulhom it-tislim personali tiegħi u l-barka speċjali tiegħi. Nerġà nqiegħed fihom tama kbira għall-Knisja ta’ għada; ninkuraġġihom u nakkumpanjahom bit-talb kontinwu tiegħi fil-mixja tagħhom lejn l-altar tal-ordinazzjoni saċerdotali. Irridu nfakkruhom hawn ukoll fit-talb komuni tagħna sabiex fil-komunità ta’ fidi tas-seminarju jagħrfu dejjem iktar b’mod ċar is-sejħa tal-Mulej u jimmaturaw fit-tweġiba l-iva tagħhom definittiva f’idejn l-Isqof tagħhom u is-servizz saċerdotali tagħhom.

It-talb tiegħi f’din is-siegħa huwa ndirizzat ukoll lilkom, għeżiż ħuti. Il-Mulej, li kellu għal qalbu lejl u nhar l-inizjazzjoni tad-dixxipli tiegħu fil-fidi u għall-apostolat futur tagħhom , iġegħlkom tintebħu li kliemu jgħodd propju għal dawk li jsegwuh: “Ma nsejħilkomx iktar qaddejja… imma sejjaħtilkom ħbieb” (Ġw 15,15). Jalla l-kunfidenza personali tagħkom mal-Mulej tanima kontinwament is-servizz tagħkom hekk important u diffiċli fis-seminarji saċerdotali u tipproduċilkom frott abbundanti. Marija, is-Sultana tal-Appostli, l-Omm tas-saċerdoti, tinterċedi kontinwament għalikom u għas-seminaristi tagħkom tallum, talbieraħ u ta’ għada, l-Ispirtu Santu donatur tal-ħajja. B’qalbi kollha għalhekk nagħtikon il-barka apostolika partikolari tiegħi.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

%d bloggers like this: