“Il-fenomenu tat-tibdil fil-klima sar emerġenza li ma tistax tibqa aktar fil-marġini tas-soċjetà. Minflok, trid tassumi post ċentrali, billi ssawwar mill-ġdid mhux biss is-sistemi industrijali u agrikoli, iżda wkoll qed taffetwa ħażin lill-familja umana kollha, speċjalment lill-foqra u lil dawk li jgħixu fil-periferiji ekonomiċi tad-dinja tagħna”.
L-Akkademja Pontifiċja tax-Xjenzi ospitat konferenza ta’ jumejn, li fukkat fuq it-tema: “Reżiljenza tan-Nies u l-Ekosistemi taħt stress fil-Klima”. Fil-bidu tal-konferenza, l-Papa Franġisku bagħat l-awguri tiegħu lill-parteċipanti, u ħeġġeġ l-isforzi tagħhom biex jiddiskutu l-kriżi ambjentali.
Il-Papa qal lid-dinja qed tiffaċċja sfidi doppji ta’ “tnaqqis tar-riskji tal-klima billi jitnaqqsu l-emissjonijiet” u li “jgħinu u jippermettu lin-nies jadattaw għal bidliet fil-klima li progressivament sejrin għall-agħar”. Dawn l-isfidi jeħtieġ li kulħadd joħroġ b’approwċ multidimensjonali biex jiġu protetti n-nies u l-pjaneta.
Il-Papa Franġisku għamel referenza għal-“konverżjoni ekoloġika”, hu qal li dan il-proċess jeħtieġ li kulħadd ikun grat għall-Ħolqien ta’ Alla, li jgħix f’komunjoni ma’ xulxin, u li naħdmu flimkien biex nittrattaw il-problem ambjentali.
“Sforzi kuraġġużi, koperattivi u li jħarsu ‘l bogħod, huma meħtieġa mill-mexxejja reliġjużi, politiċi, soċjali u kulturali, kemm fil-livell lokali, nazzjonali kif ukoll internazzjonali, biex jinstabu soluzzjonijiet konkreti għall-problemi serji li qed niffaċċjaw u li dejjem qed jiżdiedu”.
Il-Papa appella lin-nazzjonijiet l-aktar żviluppati biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju tagħhom stess, filwaqt li joffru wkoll għajnuna finanzjarja “liż-żoni inqas sinjuri tad-dinja”. L-aċċess għal enerġija nadifa u l-ilma tax-xorb huma kwistjonijiet oħra li l-mexxejja dinjija għandhom bżonn li jindirizzaw, filwaqt li żied li l-bdiewa għandhom bżonn għajnuna biex jaqilbu l-produzzjoni għall-uċuħ tar-raba ħa jieħdu l-ħajja.
Il-Papa Franġisku fakkar fit-tħassib relatat dwar it-telf tal-bijodiveristà u d-diversi gwerer li qed jheddu l-ħajja tal-bniedem u jwasslu għal “problemi tal-ħarsien tal-ikel u tniġġis dejjem akbar”. “Kollox huwa konness”, tenna l-Qdusija Tiegħu, u żied li “l-promozzjoni tal-ġid komuni fit-tul tal-pjaneta tagħna hija essenzjali għal konverżjoni ekoloġika ġenwina”. L-Papa nnota li s-Santa Sede u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan reċentement issieħbu mal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar it-tibdil fil-klima u l-ftehim ta’ Pariġi.
Bħala konklużjoni, l-Papa Franġisku ħeġġeġ lill-parteċipanti li qed jieħdu sehem fil-konferenza, biex ikomplu jaħdmu bla waqfien f’isem l-umanità u l-pjaneta.
“Fil-ħisma flimkien, il-bnedmin ta’ rieda tajba jistgħu jindirizzaw l-iskala u l-kumplessità tal-kwistjonijiet li qegħdin quddiemna, jipproteġu l-familja umana u d-don ta’ Alla tal-ħolqien mill-estrmi klimatiċi, u jrawmu l-beni tal-ġustizzja u l-paċi”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: