Sittin sena ilu, eżatatment fis-26 ta’Lulju 1962, miet il-qaddis Malti, Dun orġ Preca.
Dun Ġorġ twieled fil-Belt Valletta, nhar it-12 ta’ Frar 1880. Irċieva trobbija nisranija mingħand il-ġenituri tiegħu. L-istudji tiegħu għamilhom fil-Liċeo u fis-Seminarju.
Kien ta’ saħħa fraġli, tant li meta kien djaknu marad serjament u t-tabib tiegħu ma kellu ebda fiduċja li jfiq.Iżda bl-interċessjoni ta’ San Ġużepp, fieq u ordna saċerdot fit-22 ta’ Diċembru 1906. Sa minn qabel ma sar qassis, Dun Ġorġ intebaħ li l-poplu ta’ Alla kien jinħtieġ min jgħallmu. Beda jikteb regola bil-Latin bil-ħsieb li jibgħata lill-Papa San Piju X biex iwaqqaf soċjetà ta’ djakni permanenti ħalli jgħinu lill-isqfijiet fil-formazzjoni nisranija bit-tagħlim …
Fil-Laikos tista’ ssib ħafna aktar fuq Dun Ġorġ Preca u minn fommu …