Il-Papa Franġisku huwa d-dispjaċut ħafna għall-Popli Indiġeni fil-Kanada

Print Friendly, PDF & Email

Il-kliem: skużawna, tal-mistħija, wġigħ u għadab, kienu kliem ta’ qawwa fl-ewwel diskors pubbliku li l-Papa Franġisku għamel fl-ewwel diskors pubbliku tiegħu fil-pellegrinaġġ penitenzjali tiegħu fil-Kanada. T-Tnejn, huwa hu jindirizza lil madwar elfejn superstiti ta’ skejjel residenzjali, Kapijiet u mexxejja, anzjani, dawk li jżommu l-għardien u żgħażagħ mill-komunitajiet tal-Ewwel Nazzjonijiet, Métis u Inuit f’Maskwacis Park (Għlien tal-ors, bil-lingwa Cree); huwa tenna s-sens profond tal-“wġigħ u rimors” għat-tbatija kkaġunata fuq il-popli Indiġeni tal-Kanada, u speċifikament għall-vjolenza ta’ assimulazzjoni sfurzata mġarrba fis-sistema tal-iskejjel residenzjali.

Ara d-diskors tal-Papa bil-Malti …

Il-Papa Franġisku qal li ġie fl-art twelidhom, biex jgħidilhom personalment, bin-niket tiegħu, “biex nitlob il-maħfra, l-fejqan u r-rikonċiljazzjoni ta’ Alla”, biex jesprimi l-qrubija tiegħu, u jitlob magħhom u għalihom.

Il-Qdusija Tiegħu fakkar fil-laqgħat li kellu f’Ruma mad-Delegazzjonijiet indiġeni Kanadiżi, li saru bejn it-28 ta’ Marzu u l-1 ta’ April, li fihom sema’ l-istejjer tagħhom dwar il-ħajja fl-iskejjel residenzjali Indjani. F’dik l-okkażjoni, kien ingħata żewġ pari mokassini bħala sinjal tat-tbatija li ġarrbu t-tfal indiġeni hemmhekk, fejn ukoll kien mitlub li jirritorna meta jiġi l-Kanada. Il-Qdusija Tiegħu, nnota li dawk il-mokassini jitkellmu dwar it-triq tal-“fejqan u rikonċiljazzjoni” li rridu nimxu “flimkien”.

“Irridu nimxu flimkien, nitolbu flimkien u naħdmu flimkien, biex it-tbatijiet tal-passat ikunu jistgħu jwasslu għal futur ta’ ġustizzja, fejqan u rikonċiljazzjoni.”

Il-Papa Franġisku kompla jenfasizza l-importanza li wieħed jiftakar f’dan il-passat mudlam ta’ tfixkil u qerda ta’ kulturi antenati. Madankollu huwa ta’ uġigħ, li wieħed jiftakar “l-esperjenzi devastatni li seħħew fl-iskejjel residenzjali, għax li tinsa jwassal għall-indifferenza”, u wkoll fid-dawl tal-impatt dejjiemi ta’ dik is-sistema fuq il-komunitajiet Indiġeni sa’ llum.

“Naħseb lura fuq l-istejjer li intom għidtuli: kif il-politika ta’ assimilazzjoni spiċċat sistematikament timmarġinalizza lill-popli indiġeni; kif ukoll permezz tas-sistema ta’ skejjel residenzjali l-lingwi u l-kulturi tagħkom ġew bla valur jew mrażżna; kif it-tfal sofrew abbuż fiżiku, verbali, psikoloġiku u spiritwali; kif tneħħew minn djarhom f’età żgħira, u kif dan affetwa b’mod ir-relazzjonijiet bejn il-ġenituri u t-tfal, in-nanniet u n-neputijiet”.

Filwaqt li rringrazzja lill-popli Indiġeni tal-Kanada talli qasmu dawn il-memorji qosra miegħu, l-Papa Franġisku qal li huwa “d-dispjaċut ħafna” għall-“modi li bihom, sfortunatament, ħafna Nsara appoġġaw il-mentalità kolonizzanti tal-poteri li oppressaq lill-popli indiġeni”. “B’mistħija u mingħajr ambigwità” reġa’ talab maħfra “għall-modi li bihom ħafna membri tal-Knisja u ta’ komunitajiet reliġjużi kkooperaw fi proġetti ta’ qerda kulturali u assimilazzjoni sfurzata”.

“Għalkemm il-karità Nisranija ma kinitx nieqsa, u kien hemm ħafna każijiet ta’ devozzjoni u kura lejn it-tfal”, il-Papa enfasizza li “l-effetti ġenerali tal-politika marbuta mal-iskejjel residenzjali kienet waħda katastrofika”, huwa rrimarka lis-sistema kienet “żball diżastruż, inkompatibbli mal-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu.”

Madankollu, l-Papa Franġisku rrikonoxxa li t-tallab għall-maħfra mhuweix biżżejjed u huwa biss l-ewwel pass lejn il-fejqan. Huwa qal li jeħtieġ li jittieħed pass ieħor “biex tinħoloq kultura li tkun kapaċi tipprevjeni milli jseħħu sitwazzjonijiet bħal dawn”. Parti mportanti minn dan il-proċess, “se tkun li ssir investigazzjoni serja dwar il-fatti li seħħew fil-passat u li jiġu megħjuna lis-superstiti tal-iskejjel residenzjali” waqt li jitfejqu mit-trawmi li sofrew.

Il-Papa kompla jesprimi t-tama lill-insara u lis-soċjetà ċivili fil-Kanada, ħalli “jikbru fil-ħila li jaċċettaw u jirrispettaw l-identità u l-esperjenza tal-popli indiġeni”, filwaqt li tenna l-impenn tal-Knisja Kattolika dwar din il-kwistjoni.

“Qed nitkellmu dwar proċessi li jridu jippenetraw il-qlub. Il-preżenza tiegħu hawn u l-impenn tal-Isqfijiet Kanadiżi huma xhieda tar-rieda tagħna li nipperseveraw f’din it-triq”.

Il-Papa Franġisku speċifika, li għalkemm ma setax jaċċetta l-ħafna stediniet li rċieva biex iżur partijiet oħra tal-Kanada, kliemu matul dan il-vjaġġ penitenzjali “huwa maħsub għal kull komunità u persuna indiġena”

Fl-aħħar, il-Papa sejjaħ għal mument ta’ talb fis-silenzju “biex ngħinu l-uġigħ interjuri”, peress li “l-isforzi tagħna stess mhumiex biżżejjed biex niksbu l-fejqan u r-rikonċiljazzjoni” u “neħtieġu l-grazzja ta’ Alla”. “Il-Mulej jiggwida l-passi tagħna u jippermettilna nimxu flimkien fuq il-vjaġġ tagħna”, temm il-Papa Franġisku.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-07/canada-pope-reiterates-shame-for-indian-residential-schools.html

%d bloggers like this: