Il-Papa jżur l-anzjani u l-morda fiċ-Ċentru Fraternité Sant Alfons 

Print Friendly, PDF & Email

Nhar il-Ħamis, fi triqtu lura mis-Santwarju ta’ Sainte-Anne de Beaupré, l-Papa Franġisku għamel waqfa fiċ-Ċentru Fraternité Sant Alfons biex jiltaqa’ ma’ madwar 50 persuna, li nġabru fil-ġnien tal-faċilità mill-mistednin permanenti u dawk li jiffrekwentaw iċ-Ċentru.

Skont l-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, kien hemm anzjani, persuni li jgħixu b’diversi vizzji, u nies bl-HIV/AIDS, u d-direttur inkarigat, Fr. André Morency. Il-Papa ltaqa’ magħhom b’mod informali, u qagħad jisma’ l-istejjer u t-talb tagħhom.

Meta ġie biex jitlaq, il-Papa tahom ikona ta’ Marija, “Il-Madonna ta’ Ġerusalemm”. Din l-ikona tat-Theotokos hija popolari ħafna fost il-pellegrini fl-Art Imqaddsa, għaliex l-oriġinal qegħda fuq artal fil-Knisja tal-Assunta.     

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-07/pope-visits-the-elderly-and-sick-at-the-fraternite-st-alphonse.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading