Il-Ħamis filgħaxija, l-Papa Franġisku ppreseda l-Għasar mal-Isqfijiet, kleru, persuni kkonsagrati, seminaristi u ħaddiema pastorali fil-Bażilika ta’ Notre-Dame de Québec.
Waqt l-omelija tiegħu, l-Qdusija Tiegħu enfasizza s-sinifikat tal-laqgħa fil-Katidral tal-Knisja, li l-ewwel isqof kien San Franġisk de Laval, u li kien fetaħ is-Seminarju fl-1663 u ddedika l-ministeru tiegħu għall-formazzjoni tas-saċerdoti.
Il-Papa rrimarka li l-qari tal-Għasar tkellem dwar l-anzjani (presbiteri), filwaqt li nnota li San Pietu ħeġġiġhom biex jieħdu ħsieb minn rajhom il-merħla ta’ Alla, u għalhekk, ir-rgħajja tal-Knisja huma mistiedna “biex juru dik l-istess ġenerożità fil-kura tal-merħla, sabiex juri t-tħassib ta’ Ġesù għal kulħadd u l-mogħdrija tiegħu għall-feriti ta’ kull persuna”.
Il-kura tal-merħla, qal il-Papa, għandha ssir “b’devozzjoni u mħabba tenera” – kif iħeġġeġ San Pietru – billi tiggwidaha u ma tħallihiex tiżvija, għax “aħna sinjal ta’ Kristu”. Ir-rgħajja għandhom jagħmlu dan minn rajhom, mhux bħala dmir, bħal persuna professjonali reliġjuża jew funzjonarji qaddisa, imma “b’żelu u b’qalb ta’ ragħaj”. Il-Papa rrimarka lir-rgħajja huma wkoll “imsejsa” bl-imħabba ħanina ta’ Kristu u jħossu l-qrubija ta’Alla. Dan, sostna, huwa “s-sors tal-ferħ tal-ministeru u fuq kollox il-ferħ tal-fidi”.
“Il-ferħ nisrani hu l-esperjenza ta’ paċi li tibqa’ f’qalbna, anke meta niġu mġarrfa minn provi u tbatija,” qal il-Papa, “għax allura nafu li m’aħniex waħedna, imma akkumpanjati minn Alla li mhux indifferenti għalina”. Il-Qdusija Tiegħu spjega li dan mhuwiex “ferħ irħis” bħalma tipproponih id-dinja, jew dwar il-ġid, il-kumdità u s-sigurtà, anzi, “huwa don b’xejn, iċ-ċertezza li nkunu nafu li aħna maħbubin, sostnuti u mħaddna minn Kristu f’kull sitwazzjoni tal-ħajja”.
“Mela, ejja nistaqsu lilna nfusna: X’qed nagħmlu meta niġu għall-ferħ? Il-Knisja tagħna tesprimi l-ferħ tal-Evanġelju? Hemm fidi fil-komunitajiet tagħna li tista’ tattira bil-ferħ li tikkomunika?”
Filwaqt li rrifletta fuq il-ferħ tal-Evanġelju fil-komunitajiet tagħna, l-Papa indika lis-sekularizzazzjoni bħala wieħed mill-fatturi li “jhedded il-ferħ tal-fidi u b’hekk jirriskja li jnaqqasha u jikkomprometti ħajjitna bħala nsara”. Jiddispjaċih lis-sekularizzazzjoni affettwat ħafna l-istil tal-ħajja tal-bnedmin kontemporanji, li poġġew lil Alla fl-isfond. “Alla jidher li sparixxa mill-bniedem, u l-kelma tiegħu m’għadhiex tidher bħala l-kumpass li jiggwida ħajjitna, d-deċiżjonijiet bażiċi tagħna, r-relazzjonijiet umani u soċjali tagħna,” qal il-Papa.
Meta wieħed iqis il-kultura ambjentali, l-Papa Franġisku iwissi li ma naqgħu “priża tal-pessimiżmu jew ir-riżentiment, li jgħaddi immedjatament għal ġudizzji negattivi jew nostalġija”. Huwa, pjuttost elabora żewġ possibiltajiet kif tħares lejn id-dinja: “Il-ħarsa negattiva” u “l-ħarsa għaqlija”.
Il-‘ħarsa negattiva’, hija “spiss imwielda minn fidi li tħossok taħt attakk u taħsibha bħala speċi ta’ “armatura”, li tiddefendina kontra d-dinja”, qal il-Papa, u żied li din il-fehma tilmenta “lid-dinja hi ħażina, u d-dnub isaltan” u tirriskja li sib ruħek fi “spirtu ta’ kruċjata”. Il-Papa wissa konta dan, għaliex din “mhix Kristjana” u “mhux it-triq ta’ Alla”.
Hu nnota li Alla jistmell l-mondanità u għandu ħarsa pożittiva tad-dinja, ibierek ħajjitna u jinkarna lilu nnifsu f’sitwazzjonijiet storiċi biex “ikabbar iż-żerriegħa tas-Saltna f’dawk il-postijiet fejn id-dlam jidher li jirbaħ”. Aħna msejħin “biex ikollna l-istess ħarsa għal dik ta’ Alla, li niddixxernu dak li hu tajjeb, u nfitxuh b’mod persistenti, li narawh u li nittrawmu fih. Din mhix ħarsa sempliċ, imma ħarsa li tagħraf ir-realtà”, jinsisti l-Papa Franġisku.
Biex nirfinaw id-dixxerniment tagħna tad-dinja sekularizzata, l-Qdusija Tiegħu rrakkomanda li nispiraw minn Pawlu VI, li ra s-sekularizzazzjoni bħala “l-isforz, li fih innifsu ġust u leġittimu u bl-ebda mod inkopatibbli mal-fidi jew ir-reliġjon”, biex jiskopru l-liġijiet li jirregolaw ir-realtà u l-ħajja umana mnissla mill-Ħallieq. Pawlu VI għamel ukoll distinzjoni bejn is-sekularizzazzjoni u s-sekulariżmu li jiġġenera “forom ġodda ta’ ateiżmu” sottili u diversi, inkluż is-soċjetà tal-konsumatur, pjaċir stabbilit bħala valur suprem, xewqa għal poter u dominazzjoni, u diskriminazzjoni ta’ kull tip.
Bħala Knisja u bħala rgħajja tal-Poplu t’Alla u ħaddiema pastorali, il-Papa qal, li huwa f’idejna li “nagħmlu dawn id-distinzjonijiet” u “nagħmlu dan id-dixxerniment”, u żżid li jekk inċedu għall-ħarsa negattiva, nirriskjaw li nibgħatu messaġġ ħażin – bħallikieku l-kritika tas-sekularizzazzjoni taħbi “n-nostalġija għal dinja sagralizzata, soċjeta tal-passat li fiha l-Knisja u l-ministri tagħha kellhom qawwa u rilevanza soċjali akbar”.
Is-sekularizzazzjoni, kompla l-Papa, “teżiġi li nirriflettu fuq il-bidliet fis-soċjetà li qed tinfluwenza l-mod kif in-nies jaħsbu u jorganizzaw ħajjithom” – mhux ir-rilevanza soċjali mnaqqsa tal-Knisja. Konsegwentament, “is-sekularizzazzjoni tirrappreżenta sfida għall-immaginazzjoni pastorali tagħna,” u “okkażjoni biex nirristrutturaw il-ħajja spiritwali forom ġodda u għal modi ġodda ta’ kif jeżistu”. Għalhekk, min iħares b’mod għaqli “jqanqalna biex niżviluppaw passjoni ġdida għall-evanġelizzazzjoni, biex infittxu lingwi u forom ta’ espressjoni ġodda, biex nibdlu ċerti prijoritajiet pastorali u biex niffukaw fuq l-essenzjali”.
Il-Kap tal-Knisja Kattolika kompla jisħaq fuq l-importanza li l-Evanġelju u l-ferħ tal-fidi jiġu kkomunikati lill-bnedmin tal-lum, filwaqt li nsista li hija tħabbira ta’ “xhieda mimlija mħabba gratuwita” li tieħu l-forma “fi stil ta’ ħajja personali u ekkleżjali, li tqanqal mill-ġdid ix-xewqa għall-Mulej, tnissel it-tama u dawwal il-fiduċja u l-kredibbiltà”.
Waqt li indika tliet sfidi li jistgħu jsawru t-talb u s-servizz pastorali, l-Papa qal li l-ewwel waħda hija “li Ġesù jkun magħruf”, u nerġgħu lura għall-proklamazzjoni inizjali, fost id-deżerti spiritwali maħluqa mis-sekulariżmu u l-indifferenza. Żied jgħid li rridu nsibu modi ġodda biex inxandru l-Evanġelju lil dawk li għadhom ma ltaqgħux ma’ Kristu u dan jitlob “kreattività pastorali li kapaċi tilħaq lin-nies fejn joqgħodu, issib opportunitajiet ta’ smigħ, djalogu u li tiltaqa’”.
It-tieni sfida, hija x-xhieda. Li din titlob minna li nkunu kredibbli, hekk kif l-Evanġelju jiġi mħabbar b’mod effettiv, “meta l-ħajja stess titkellem u tikxef il-ħelsieb li ħeles lill-oħrajn, il-kompassjoni li ma titlob xejn lura, l-ħniena li titkellem fis-skiet ta’ Kristu.” Fuq din in-nota, l-Papa ħaseb fil-Knisja fil-Kanada li bdiet fi triq ġdida wara li qeġgħet mill-ħażen li wettqu wħud minn uliedha. L-Papa tkellem ukoll dwar l-iskandli tal-abbuż sesswali fuq minoreni u persuni vulnerabbli.
“Flimkien magħkom, nixtieq għal darb’oħra nitlob maħfra lill-vittmi kollha. L-uġigħ u l-mistħija li nħossu jridu jsiru okkażjoni ta’ konverżjoni: qatt aktar!… qatt aktar li l-komunita’ Nisranija, ma tista’ terġa tħalli li tiġi nfettata bl-idea li kultura waħda hija superjuri għal oħrajn, jew li huwa leġittimu li tuża modi kif tisforza lil ħaddieħor”.
Biex tingħeleb il-kultura tal-esklużjoni, l-Papa Franġisku talab lill-isqfijiet u s-saċerdoti jibdew minnhom stess li ma jħossuhomx superjuri fuq l-oħrajn. Bl-istess mod, il-ħaddiema pastorali għandhom “jifhmu s-servizz bħala qawwa”.
Il-fraternità, hija t-tielet sfida, li dan ifisser li l-Knisja tkun “xhieda kredibbli tal-Evanġelju aktar mal-membri tagħha jingħaqdu iktar flimkien, u joħolqu opportunitajiet u sitwazzjonijiet li jippermettu lil dawk kollha li jersuq lejn il-fidi li jiltaqgħu ma’ komunità akkoljenti li tkun kapaċi tisma’, tidħol fi djalogu, u l-promozzjoni ta’ relazzjonijiet ta’ kwalità”.
“Il-Knisja hija msejħa biex tħaddan din l-imħabba bla fruntieri, sabiex tirrealizza l-ħolma li Alla għandu għall-umanità: li nkunu lkoll aħwa”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-07/pope-canada-bishops-clergy-witness-fraternity-proclamation.html