Ġwanni Pawlu II fil-parroċċa ta’ San Ponziano

Print Friendly, PDF & Email

VIŻTA PASTORALI FIL-PARROĊĊA RUMANA
TA’ SAN PONZIANO
OMELIJA TA’ĠWANNI PAWLU II
Il-Ħadd, 2 ta’ Mejju 1982

1. “Iċċelebraw il-Mulej, għaliex hu tajjeb; għaliex eterna hija l-ħniena tiegħu” (Sal 118 [117],1).

Dan il-kliem tas-Salm dewa għall-ewwel darba matul il-lejl tal-velja paskwali, biex jakkumpanja l-liturġija tal-perijodu paskwali kollu. Illum l-istess kliem jidwi – fir-rabà Ħadd ta’ dan il-perijodu – waqt li jwettaq il-verità profonda tal-eżistenza umana, li żvelat ruħha bil-Qawmien mill-Imwiet ta’ Ġesù ta’ Nażżaret.

“Huwa aħjar li nfittxu rifuġju fil-Mulej / milli norbtu fuq il-bniedem” (Sal 118 [117],8).

Infatti, dak li bl-aħħar xewqa tan-nifs uman tiegħu, waqt li kien qiegħed imut fuq is-Salib, għajjat: “Missier, f’idejk nerħi l-ispirtu tiegħi” (cf. Lq 23,46) – ippreżenta ruħu mill-ġdid Ħaj f’nofds id-dixxipli tiegħu fiċ-ċdenaklu ta’ Ġerusalem – u donnu kompla l-aħħar kliem ipprponunċjat fuq is-Salib bil-versett li jmiss tas-Salm: “Niżżik ħajr, għaliex inti smajtni, / għaliex kont is-salvazzjoni tiegħi”  (Sal 118 [117],21)… “Inti l-Alla tiegħi u niżżik ħajr, / inti l-Alla tiegħi u neżaltak” (Sal 118 [117],28).

Hekk donnu jgħid il-Bniedem Irxuxtat, Ġesù ta’ Nażżet.

Aħna iżda nmorru niltaqgħu miegħu waqt li ngħidu (bħal f’Ħadd il-Palm, għalkemm b’mod iktar differenti): “Imbierek min ġej f’isem il-Mulej” (cf. Ġw 12,13).

2. B’tali kelma, mela, b’din il-kelma ta’ eżaltazzjoni għall-Mulej Irxoxt, jiena niġi illum fil-parroċċa tagħkom – u bħala l-Isqof tagħkom, ilkoll nistedinkom għal dan il-ferħ paskwali, li l-Knisja kollha tisperimenta minħabba l-Qawmien mill-Imwiet tal-Mulej.

“Niċċelebraw il-Mulej għaliex hu tajjeb; / għaliex eterna l-ħniena tiegħu….”

Propju għaliex Alla hu tajjeb, “tana l-imħabba”. “Liema mħabba kbira tana l-Missier – esprima fl-ewwel ittra tiegħu San Ġwann Appostlu u Evanġelista – biex inkunu msejħa ulied Alla, kif tassew aħna  ” (1Ġw 3,1).

Iva. Għamilna ulied Alla f’Ibnu Uniġenitu. Għamilna “ulied l-Iben…”.

“Eterna il-ħniena tiegħu”:
“… Sa minn issa aħna wlied Alla, imma dak li se nkunu għadu ma kienx irrivelat. Nafu iżda li meta ikun wera ruħu, aħna nkunu bħalu, għaliex narawh hekk kif inhu” (cf. 1Ġw 3,2).

It-tajjeb min-natura tiegħu jinfirex (“bonum est diffusivum sui”). Alla rrivela ruħu bħala Tjubija omnipotenti, meta ħalaq id-dinja, u jiġifieri waqt li rregala l-eżistenza lill-multipliċità ta’ esseri. Alla rrivela ruħu bħala Tjubija fir-rigward tal-bniedem, billi ħalqu xbiha u xebħ tiegħu.

Hekk il-bniedem, diġa f’din il-ħajja, huwa tant mogħni. Hekk hu kull bniedem. Saħansitra dak umanament l-iktar fqir u linqas żviluppat. Dan il-kejl tal-ġid, propju tal-bniedem – il-kejl li jiġi mill-Ħallieq – jappartieni diġa għal din id-dinja.

U diġà f’din id-dinja temporali, Alla jagħmilna wliedu: Ulied fl-Iben, imma… għadu ma ġiex rivelat dak li se nkunu: ngħixu fl-istennija tad “dinja li se tiġi””.

Allura, meta se naraw lil Alla hekk kif inhu, dakinhar biss se nkunu “simili għalih” (1Ġw 3,2) fil-milja kollha eternament ipprogrammata.

“… għaliex eterna hija l-ħniena tiegħu”!

3. Kristu illum jgħidilna:
“Jiena r-Ragħaj it-Tajjeb. Ir-ragħaj it-tajjeb joffri ħajtu għan-nagħaġ” (Ġw 10,11).

Hekk Kristu qal darba waħda f’parabbola – u l-Knisja spiss terġa taqra din il-parabbola – u b’mod speċjali fir-rabà Ħadd tal-Għid. Illum!

Permezz ta’ din il-parabbola Ġesù ta’ Nażżaret ried maġġorment jikkonferma li Alla – il-Missier huwa tajjeb. Ried juri b’metafora dak li fir-realtà wettaq bil-passjoni u l-qawmien tiegħu mill-imwiet.

Hekk hu, ta l-ħajja għan-nagħaġ: għal dawk, li miegħu u għalih saru “ulied l-Iben”.

Waqt li ta l-ħajja, irrivela sal-qiegħ kemm Alla huwa tajjeb, sa fejn tasal it-tjubija ta’ Alla. Huwa mhux biss jagħtina l-eżistenza u x-xebħ tiegħu fl-opra tal-ħo;qien; mhux biss jagħtina l-grazzja li jaddottana bħala wlied f’Ġesù Kristu. Imma, fuq dan kollu, jifdi, permezz tal-mewt tal-Iben Uniġenitu, kull dnub, sabiex il-bnedmin “ikollhom il-ħajja u jkollhom din bl-abbundanza” (cf. Ġw 10,10).

Il-parabbola tar Ragħaj it-Tajjeb titkellem dwar “din l-imħabba”, li ma terġax lura quddiem il-mewt biex issalva lill-bniedem mill-ħażin u tassikurah fil-ġid. Din hija parabola partikolarment elokwenti dwar Kristu Redentur.

Fl-istorja tal-bniedem hemm kontinwament dak il-“lupu li jaħtaf in-nagħaġ” (cf. Ġwv 10,12); imma hemm ukoll Kristu, Ragħaj Tajjeb, li jgħasses bla ma jaqtà.

Il-Missier, li huwa l-bidu ta’ kull ġid, jagħrfu bħalma “hu jagħraf lill-Missier” (cf. Ġw 10,15). U b’dan l-għarfien sħiħ ta’ donazzjoni Kristu jħaddan lil kull bniedem: “Jien nagħraf in-nagħaġ tiegħi u huma jagħrfu lili” (cf. Ġw 10,14).

Ir-Ragħaj it-Tajjeb jagħraf lil kull wieħed u waħda minna bl-għarfien tal-imħabba feddejja, u jmexxina għand il-Missier. Imexxi saħansitral dawk in-“nagħaġ li mhumiex ta’ dan il-maqjel” (Ġw 10,16). Imħabbtu u l-interess feddej jestendu fuq il-bnedmin kollha. Ukoll dawk li huma barra mill-Knisja, huma nklużi fl-opra tas-salvazzjoni.

L-imħabba hija r-rivelazzjoni l-iktar sħiħa tal-Ġid. Din l-imħabba turi ruħha fi Kristu fl-“għoti tal-Ħajja” u fl-istess ħin fir-“restawr tal-Ħajja”.

4. Il-qawwa tal-imħabba murija fil-mewt u l-qawmien mill-imwiet ta’ Kristu saret l-ispirazzjoni esklussiva u l-unika qawwa, li f’isimha kienu tkellmu l-Appostli: “Fl-isem ta’ Ġesù Kristu ta’ Nażżaret, li intom sallabtu u li Alla qajmu mill-imwiet” (At 4,10).

Fl-isem ta’ Kristu kienu għamlu wkoll diversi sinjali, billi taw lura s-saħħa lil persuni morda u kkundannati għat-tbatija.

U b’dik iċ-ċertezza li tiġi mid-dawl u mill-qawwa tal-istess Spirtu Santu, l-Appostli kienu jħabbru s-salvazzjoni f’Ġesù Kristu, fih biss: “F’ħadd iktar mhemm is-salvazzjoni’ infatti ma hemm ebda isem ieħor mogħti lill-bnedmin taħt is-sema li fih ġie stabbilit li nistgħu nkunu salvati” (At 4,12).

Il-liturġija paskwali tallum hija mfawra bil-verità dwar is-salvazzjoni; “Issalva” tfisser propju tirregala l-imħabba: dik l-imħabba li rregalalna l-Missier billi rrendiena wliedu fl-Iben Uniġenitu; dik l-imħabba li l-Iben bħala r-Ragħaj it-Tajjeb irrivela, billi ta ħajtu għan-bagħaġ fuq is-Saib, u billi rkupra għal kulħadd din il-Ħajja fil-qawmien mill-imwiet; dik l-imħabba, li bil-qawwa tal-Imsallab u tal-Irxoxt tirbaħ il-ħażin fl-erwieħ u fl-istorja tal-bniedem.

U għal dan ir-Ragħaj it-Tajjeb huwa fl-istess ħin il-ġebla tax-xewka: “Huwa hu l-ġebla li warrbu l-bennejja li saret il-ġebla tax-xewka” (cf. At 4,11).

Ma warrbux din il-ġebla dawk li ma aċċettawx ix-xhieda tal-Bxara t-Tajba u li ħarġu s-sentenza tal-mewt fuq is-Salib għal Kristu? Ma jwarrbuhiex dejjem mill-ġdid il-bnedmin li jridu jissistemizzaw id-dinja u, fiha, il-ħajja umana barra minnha u kontra tagħha? U madankollu din il-ġebla mwarrba! – Ġesù Kristu, huwa l-ġebla tax-xewka. Il-bini tas-salvazzjoni umana tistà tistrieħ fuqu biss.  Il-bini tal-ordni fil-bniedem u fost il-bnedmin tistà ssib bażi sikura fih biss. Il-bniedem jistà jikber spiritwalment imġedded, u jikber bil-kejl tad-destini eterni tiegħu biss mingħandu. Huwa biss permezz tiegħu li d-dinja umana tistà ssir dejjem iktar umana.

5. Għeżież ħuti! Niġi llum fil-parroċċa tagħkom biex niċċelebra lil Kristu Rxoxt. Dak Kristu li huwa r-Ragħaj it-Tajjeb u fl-istess ħin il-ġebla tax-xewka tas-salvazzjoni tagħna.

Fis-salvazzjoni tal-bniedem, imwettqa minn Kristu u li bla ma taqtà tkompli titwettaq, jirrivela ruħu l-fatt li Alla huwa tajjeb.

F’isem din il-verità nixtieq illum inħabbar hawn il-ferħ paskwali. Nistieden lil kulħadd biex jieħu sehem f’dan il-ferħ.

U fih noffri t-tislima kordjali lill-Kardinal Vigarju, lill-Isqof tas-Settur Monsinjur Alessandro Plotti u lill-Kappillan, Don Aurelio Screpanti, li, sa mit-twaqqif kanoniku tal-parroċċa, dejjem ħadem bi mħabba u b’dedikazzjoni totali. Insellem lill-Viċikurat, lir-reliġjużi rġiel u nisa kollha li joffru ruħhom bi premura għas-servizz tal-Knisja u tal-fidili; b’mod partikolari, nindirizza l-kelma kordjali tiegħi lid-diversi gruppi organizzati, lill-Kunsill Pastorali, lill-Katekisti, lill-membri tal-“Caritas” u tal-Kor Polifoniku, lis-soċi tal-Azzjoni Kattolika u lil dawk li joffru ruħhom għall-“Pastorali Universitarja”, attività attwalment tassew valida u mportanti.

Imma, naturalment irrid insellem lilkom ilkoll, għeżież fidili, żgħar u adulti; irrid nesprimilkom imħabbti u l-ferħ tiegħi li ninsab hawn magħklom, bħala Missier u Ħabib u, permezz tagħkom, nixtieq ukoll insellem lill-familji numerużi ta’ din il-psarroċċa għażiża, li għadha daqstant żagħżugħa (bilkemm għoxrin sena fl-1983!), imma hekk attiva u promettenti! Wasslu t-tifkira tiegħi u b’mod speċjali l-assikurazzjoni tat-talb tiegħi lill-għeżież kollha tagħkom, speċjalment lill-morda, lill-batuti, u lil dawk li huma nkwetati minħabba l-problemi kollha tal-ħajja!

Nesprimilkom ukoll is-sodisfazzjon ħaj tiegħi għall-opra organika kollha ta’ apostolat imwettqa mill-Komunità tagħkom, billi segwejtu d-direttivi tal-Kappillan u l-kollaboraturi tiegħu. Bla dubju parroċċa magħquda u organizzata tajjeb b’membri responsabilizzati u ħelwin, turi ruħha tali fit-twettiq tal-programmi tagħha. Naħseb li huwa xi ħaġa partikolari li wieħed japprezza u li jżid iċ-ċiklu metodiku tal-Katekeżi, li jinkludi il-kategoriji kollha fl-iżvilupp naturali tagħhom, mit-tfal tal-klassijiet elementari, għall-adoloxxenti u għaż-żgħażagħ, bil-miri tal-Qrar, tal-Ewwel Tqarbina, tal-Griżma, saż-żgħażagħ li għandhom ikunu għalliema tad-duttrina u mudelli tal-ħajja nisranija. Komplu kunu attivi u diliġenti fl-inizjattivi parrokkjali differenti, speċjalment fl-impenn tal-formazzjoni tal-kuxjenzi permezz tal-forom differenti tal-katekeżi, u permezz tar-Riti u l-Eżerċizzi Spiritwali. Il-ħajja nisranija hija mimlija mill-ferħ paskwali, imma serja u severa, u tesiġi għalhekk formazzjoni ntellettwali u morali profonda. Komplu b’din l-opra silenzjuża u moħbija ta’ formazzjoni nterna, billi tagħmlu pern fuq iċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika tal-Ħadd, il-Jum tal-Mulej, u wkoll ta’ kuljum, għal dawk li huwa possibbli għalihom.

Agħmlu mod li l-parroċċa tagħkom tkun tassew komunità li temmen u li titlob, waqt li tfittex li tgħix is-simbolu meraviljuż tal-Knisja tagħkom, li fil- kostruzzjoni artistika u sinifikattiva tagħti l-idea ta’ żewġ idejn magħqudin flimkien fit-talb. Nawgura minn qalbi li minn din il-parroċċa tagħkom, minn dawn l-għeżież familji, jkunu jistgħu igelglu Vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi bil-kbir u qaddisa għall-ġid tal- Belt ta’ Ruma u tal-Knisja kollha.

6. Il-ferħ paskwali hu l-ferħ li jgelgel miċ-ċertezza tas-salvazzjoni tal-bniedem imwettqa minn Ġesù Kristu fuq is-Salib u fil-Qawmien mill-Imwiet.

Huwa hu nnifsu, meħlus mill-irbit tal-mewt, li f’ċertu sens jimponi ruħu f’nofsna u jgħid lill-Missier: “Niżżik ħajr għaliex smajtni… / Int Alla tiegħi u niżżik ħajr, / int Alla tiegħi u neżaltak” (Sal 118 [119],21.28).

Aħna iżda waqt li nieħdu mill-ġdid fl-ispirtu dan il-kliem, ngħidu lill-Irxoxt: “Int kont is-salvazzjoni tiegħi” (Sal 118 [119],21).

Bla dubju ma jonqsux it-tbatijiet u s-sofferenzi fil-ħajja tagħna umana. Mhux ftit huwa s-sħab, li jdallmu xefaq it-Tajjeb. Mhux ftit l-esperjenzi, li fihom il-ħażin donnu jisħaqna.

Imma ejjew ma nitilfu qatt iċ-ċertezza li Alla huwa tajjeb u li t-tajjeb huwa dejjem ikbar! It-tajjeb tas-salvazzjoni offrut lill-bniedem fi Kristu Msallab u Rxoxt huwa dejjem ikbar minn kwalunkwè ħażin ta’ din il-ħajja.

Dan l-għarfien, din iċ-certezza hija s-sors tal-ferħ paskwali tal-bniedem u tal-Knisja: “Xi mħabba kbira tana l-Missier!” (1Ġw 3,1).

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

%d bloggers like this: