Fi tmiem iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ħadd f’Aquila, l-Papa Franġisku mexxa r-rit tal-ftuħ tal-Bieb Imqaddes tal-Bażilika ta’ Santa Marija f’Collemaggio, li jimmarka s-728 Maħfra Ċelestinjana.
Il-“Perdonanza Celestiniana” (Maħfra Ċelestinjana) hija avveniment storiku-reliġjuż li jsir kull sena f’Aquila bejn it-28 u d-29 ta’ Awwissu, akkumpanjat minn ċelebrazzjonijiet oħra matul l-aħħar ġimgħa ta’ Awwissu. Ċ-ċelebrazzjoni ġiet stabbilita mill-Papa Ċelestin V fl-1294 bil-ħruġ tal-Bolla Papali “Inter sanctorum solemnia”, magħrufa wkoll bħala l-Bolla del Perdono (Bolla tal-Maħfra), li fiha ta indulġenza plenarja lil kull min stqarr u kkomunika, żar il-bażilika ta’ Santa Marija ta’ Collemaggio mill-Għasar tat-28 ta’ Awwissu sa dawk tad-29 ta’ Awwissu. L-avveniment huwa l-prekursur tal-Ġublew universali tal-Knisja Kattolika stabbili mill-Papa Bonifaċju VIII fl-1300.
Bħala parti mir-Rit, il-Papa Franġisku ħabbat tliet darbiet b’bastum magħmul mill-injam taż-żebbuġ fuq il-Bieb Imqaddes, u l-bibien jinfetħu biex kulħadd jidħol ġewwa. Il-Papa mbagħad għamel ħin fit-talb quddiem il-qabar tal-Papa Ċelestin V, qabel ma ħareġ u sellem lill-fidili ġewwa u barra.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-08/pope-francis-opens-the-holy-door-of-st-mary-in-collemaggio.html