Il-Kardinali jiddiskutu l-importanza tal-komunjoni u l-outreach fil-Knisja

Print Friendly, PDF & Email

Il-Kardinal Taljan Enrico Feroci, kappillan ta’ Santa Maria del Divino Amore, f’Castel di Leva, tkellem ma’ Vatican News dwar l-ewwel sessjoni tal-laqgħa tal-Kardinali mal-Papa Franġisku, u ddeskriva l-atmosfera bħala waħda fraterna li tikkaratterizza dak li qed jagħmlu.

Wara t-talba tal-ftuħ, il-Papa Franġisku offra introduzzjoni qasira fejn stieden lil kulħadd biex jipparteċiħa u joffri l-kontribut tiegħu fid-diskussjonijiet matul dawn il-jumejn ta’ riflessjoni dwar il-Prædicate Evangelium, il-Kostituzzjoni Appostolika li tirriforma l-Kurja Rumana. L-kardinali mbagħad inqasmu f’diversi gruppi skont il-lingwa tagħhom, u wara reġgħu ltaqgħu kollha flimkien biex jaqsmu r-riflessjonijiet tagħhom.

Il-Kardinal Enroico Feroci qal li l-kardinali indirizzaw żewġ temi ewlenin: dik tal-komunjoni, dwar ix-xhieda tal-imħabba reċiproka bejn l-insara; mbagħad il-kwistjoni dwar id-diffikultà tas-soċjetà ta’ llum biex tkun miftuħa għall-messaġġ tal-Evanġelju u modi kif tegħleb dawn l-isfidi.

Kardinal Marcello Semeraro, Prefett tad-Dikasteru għall-Kawżi tal-Qaddisin, stqarr mal-Aħbarijiet tal-Vatikan, li fil-laqgħa, l-parteċipazzjoni kbira tal-kardinali  kien fi djalogu miftuħ u ħaj, partikolarment dwar id-dimensjoni missjunarja li tenfasizza l-Kostituzzjoni Appostolika l-ġdida, kif ukoll jeħtieġ li jiffukaw fuq it-tħabbira tal-akbar kmandament, li għandna nħobbu lil xulxin.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-08/cardinals-discuss-importance-of-church-communion-and-outreach.html

%d bloggers like this: