Messaġġ bir-radju mill-Papa Ġwanni XXIII

Print Friendly, PDF & Email

Eżattament 60 sena ilu u xahar qabel beda l-Konċilju.

Fil-11 ta’ Settembru 1962 waqt li kien qed jitkellem fuq ir-radju madwar l-Ewropa, il-Papa appella biex ikun hemm talb għall-Konċilju Vatikan II li kellu jibda eżattament xahar wara. Waqt ix-xandira, il-Papa qal …

“L-istennija kbira tal-Konċilju Ekumeniku, xahar biss ʼil bogħod mill-ftuħ uffiċjali tiegħu, tidher tleħħ fl-għajnejn u l-qlub tal-ulied kollha tal-Knisja Kattolika, li hi qaddisa u mbierka.”

Ara l-messaġġ sħiħ tal-Papa Ġwanni XXIII …

Din kienet l-atmosfera fil-Knisja xahar qabel beda l-Konċilju.  Din kienet il-ħeġġa u l-entużjażmu. Fost il-kattoliċi  Din kienet l-istennija ta’ Pentecoste ġdid li l-Papa Ġwanni nnifsu l-kumplament tal-Knisja kellhom f’moħħhom u f’qalbhom.

Dakinhar f’dan il-messaġġ tiegħu bir-radju il-Papa tkellem fuq tħejjija spiritwali, fuq ħeġġa ġdid, fuq ħajja ġdida interjuri, fuq ħidma appostolika.  U dan kollu għas-servizz tal-bniedem li huwa l-iben adottiv ta’ Alla.

Knisja tal-fqar

Ġwanni XXIII kompla jgħid li quddiem il-pajjiżi inqas żviluppati, il-Knisja tippreżenta ruħha kif inhi, u kif għandha tkun, bħala l-Knisja ta’ kulħadd, partikularment bħala l-Knisja tal-fqar. 

Huwa ħeġġeġ lil kulħadd għal tħejjija għal Konċilju, kemm dik individwali u kemm kollettiva. Imbagħad temm il-messaġġ b’din it-talba li kif qal huwa stess, kien jixtieq li mad-dinja kollha, tintalab minn kulħadd.

“O Alla ħanin u li tista’ kollox, li bil-grazzja tiegħek l-fidili jistgħu jaqduk b’dinjità u ferħ, agħtina, nitolbuk, li nħaffu bla ebda xkiel biex niksbu l-wegħdiet tiegħek. Dan qed nitolbuhulek mill-inħawi kollha tad-dinja u mis-sema, permezz tal-merti ta’ Ġesù Kristu, Mgħallem u Salvatur ta’ kulħadd. Ammen”

Ara l-messaġġ sħiħ tal-Papa Ġwanni XXIII …

%d bloggers like this: