Il-Papa lill-kleru tal-Każakstan: “Agħtu xhieda tal-ferħ tal-Evanġelju”

Print Friendly, PDF & Email

Is-saħħa fid-diversità tal-Knisja u r-rikkezza fl-esperjenzi differenti trid tinqasam ma’ ħaddieħor biex tagħtu xhieda li l-Knisja hija ħajja. L-Papa Franġisku offra dan l-inkoraġġiment fl-indirizz tiegħu lill-Isqfijiet, saċerdoti, djakni, persuni kkonsagrati, seminaristi u l-ħaddiema lajċi li jaħdmu fil-pastorali. Din il-laqgħa saret il-Ħamis filgħodu, fil-Katidral tal-Madonna tal-Perpetwu, f’Nur-Sultan, Każakstan.

Fl-indirizz tiegħu, l-Papa rrifletta fuq l-istorja Nisranija għanja tal-pajjiżi tal-Asja Ċentrali, inkluż il-Każakstan, u kif l-eżempju ta’ dawk li għexu l-fidi tagħhom jista’ jgħallimna kif ngħixu ħajja ferrieħa u Kristjana.

L-imgħammdin huma kollha ġisem wieħed, innota l-Papa, magħqudin flimkien u arrikkiti b’għadd ta’ kulturi u oqsma tal-ħajja. L-wegħda ta’ Alla mwettqa tidher f’kull Knisja kompla l-Papa Franġisku, b’kull membru jgħix bħala l-werriet ta’ storja preċedenti tal-futur, destinata għall-glorja eterna.

Għalkemm għal din il-laqgħa hawn ħafna parteċipanti li ġew minn pajjiżi differenti, l-Papa Franġisku qal, li minkejja dan, is-sbuħija u s-saħħa tal-Knisja tinsab f’dik ir-rikkezza tad-diversità; familja singulari fejn ħadd ma jibqa lura.

Filwaqt li rrifletta fuq silta mill-Ittri ta’ San Pawl, il-Papa Franġisku kompla bit-tema tal-familja singulari fil-Knisja, u qal li Alla “wera lilu nnifsu lill-bnedmin kollha” li “jkollhom sehem mill-istess wirt, ikunu membri tal-istess ġisem, ikollhom sehem mill-istess wegħda, fi Kristu Ġesù permezz tal-Evanġelju” (Ef 3,6). Kull Knisja żżomm dak l-istess kliem “werrieta” u “wegħda”, kompla l-Papa Franġisku; “werrieta” tal-istorja preċedenti tal-Knisja filwaqt li jżommu l-“wegħda” tal-qawmien.

Fil-vjaġġ spiritwali tagħna, rridu nfakkru lil dawk li ġew l-ewwel u ħabbrulna l-fidi. L-Papa Franġisku ta l-eżempju tal-Kristjaneżmu li kien preżenti diġa’ mill-ewwel sekli fl-Asja Ċentrali; kif ukoll li huma għonja fix-xhieda tal-evanġelizzaturi, missjunarji li waqqfu komunitajiet, santwarji, u monasteri fil-pajjiż.

Madankollu, qal il-Qdusija Tiegħu, rridu nibqgħu attenti u ma nkunux paralizzati u immobbli bin-nostalġija , iżda pjuttost inkunu ispirati u grati għall-affarijiet meraviljużi kollha li wettaq il-Mulej, li jqanqalna biex “nibdew, nimxu ‘l quddiem, u nxerrdu l-kelma dwar Ġesù”. Mingħajr il-memorja ħajja ta’ dawk li ġew qabilna, l-ferħ, il-fidi u l-gratitudni tagħna lejn Alla, huma f’riskju li jonqos malajr u nistgħu nsiru dipendenti wisq minna nfusna.

Il-Papa Franġisku qal, lit-tkabbir tal-fidi isir permezz tax-xhieda personali – sejħa li hija destinata għal kulħadd. Il-fidi hija dejjem preżenti permezz tal-Evanġelju u tibqa’ tiġi mgħajxa f’kull min “jitfa’ d-dawl tal-Evanġelju fuq sitwazzjonijiet differenti”. Huwa biss billi niftakru dan li nkunu kapaċi nitgħallmu li l-fidi tikber permezz tax-xhieda. L-fidi, saħaq il-Papa, mhijiex xi storja artifiċjali, iżda pjuttost “ġrajja dejjem preżenti, laqgħa ma’ Kristu li sseħħ fil-hawn u issa ta’ ħajjitna”. Dan jista’ jiġri, kompla l-Papa Franġisku, meta ngħixu f’komunitajiet flimkien bħala dixxipli.

“Knisja sinodali” hija waħda li tinkludi n-nies kollha, ffurmati f’komunjoni, li jmorru l’barra minnhom infushom biex jilħqu lin-nies fil-Knisja, fuq ix-xogħol, fis-soċjetà. L-Magħmudija, qal il-Papa, hija rigal mogħti minn Alla: tista’ tgħinna nsiru “rġiel u nisa ta’ komunjoni u paċi, niżirgħu ż-żerriegħa tat-tjubija kull fejn immorru. Il-ftuħ u l-qsim huma sinjali tal-Knisja li qed titwieled, u tal-Knisja ta’ għada”.

Għalkemm il-kobor tal-pajjiż jista’ jġiegħlhom iħossuhom inadegwati jew mhux kapaċi jilħqu lil dawk fl-irkejjen tal-pajjiż, speċjalment liż-żgħażagħ, il-Papa Franġsiku assigura lill-parteċipanti tal-laqgħa li hemm grazzja li tkun Knisja żgħira. Billi nkunu “sinjuri fix-xejn u foqra f’kollox”, nistgħu nħallu lilna nfusna mmexxija mill-Mulej, nimxu fis-sempliċità u nġibu l-ferħ tal-Evanġelju f’sitwazzjonijiet ta’ kuljum ta’ ħajjitna. Iktar minn hekk, iċ-ċokon jista’ jgħin ifakkarna li “neħtieġu lil Alla” u lill-oħrajn flimkien biex niksbu t-tajjeb: “biss flimkien, bi djalogu u aċċettazzjoni reċiproka, nistgħu tassew niksbu xi ħaġa tajba għall-ġid ta’ kulħadd.”

Il-Papa Franġisku ta l-eżempju ta’ qassis Kazak, il-Beatu Bukowińsk, li qasam ix-xhieda tiegħu ta’ fidi billi ħa ħsieb lil dawk fil-bżonn. Il-missjoni speċjali tal-isqfijiet u s-saċerdoti, qal, hi li “mhumiex amministraturi tas-sagru jew jinfurzaw ir-regola reliġjuża, iżda ragħajja qrib il-poplu tagħna, ikoni ħajjin tal-qalb kompassjoni ta’ Ġesù”.

Il-Papa Franġisku temm id-diskors tiegħu b’konsagrazzjoni speċjali lill-Qalb Imqaddsa ta’ Marija meqjuma bħala Reġina tal-Paċi fil-Każakstan. Bħala omm “tenera u mħabba”, hija tat faraġ lin-nies tal-pajjiż waqt mument ta’ tbatija kbira, ta’ ġuħ u deportazzjoni f’nofs kesħa estremament ħarxa. Li skont it-tradizzjoni, s-silġ idewweb u wera l-għadira mimlija ħut, li tmat għexieren ta’ nies bil-ġuħ.

“Jalla l-Madonna bl-istess mod iddewweb qlbu kesħin, timla l-komunitajiet tagħna bi sħana fraterna mġedda, u tagħtina tama u entużjamu ġdid għall-Evanġelju”.      

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-09/pope-francis-kazakhstan-bear-witness-joy-gospel.html

%d bloggers like this: