San Pawl jgħidilna: “Ifirħu fil-Mulej dejjem.” Ġesù jagħtini l-ferħ tiegħu, “mhux kif tagħtihulna d-dinja”. Dan li ġej hu mfassal fuq għanja sabiħa ta’ Monsinjur Marco Frisina, LA VERA GIOIA. Il-ħsieb hu li tista’ titkanta bil-Malti.
IL-FERĦ TA’ QALBNA
Il-ferħ ta’ qalbna juri l-paċi fina,
Il-ferħ ta’ qalbna jimla kullimkien,
hu bħal nar jaqbad jarmi s-sħana tiegħu
u jagħti l-ħajja ʹl qalb ta’ min għajjien;
Il-ferħ ta’ qalbna huwa tama ġdida
ta’ mħabba safja u ta’ verità.
Il-ferħ ta’ qalbna jibda mid-dawl fina
li jixgħel ħaj fil-qalb ħielsa mid-dnub,
il-verità terfa’ ’il fuq il-fjamma,
biex ma jirbaħx il-ħażen imma jdub.
Il-ferħ ta’ qalbna jserraħna mill-ħtija
u ngħannu kliem ta’ sliem fil-libertà.
Il-ferħ ta’ qalbna jmur ʹil hemm mid-dinja
u l-ebda ħażen ma jista’ jitfih,
il-ġwienaħ tiegħu miftuħin bil-grazzja,
rigal ta’ Kristu li kull dnub ġa’ fdieh;
u lil kull bniedem jgħannaq mal-qalb tiegħu
u jistedinna ngħixu l-karità.
U lil kull bniedem jgħannaq mal-qalb tiegħu
u jistedinna ngħixu l-karità.
Miġjub għall-Maltin minn Joe Galea