Il-Papa jappella għall-paċi fil-Myanmar, l-Ukrajna, u l-Kamerun

Print Friendly, PDF & Email

Nhar il-Ħadd, il-Papa Franġisku appella lid-dinja biex ma tinsiex jew tinjora t-tbatija tal-popolazzjoni fil-Myanmar fejn il-vjolenza qed tkompli tikkawża l-mewt u l-nies qed ikollhom iħallu djarhom.

Fid-diskors tiegħu fit-tmiem il-Quddiesa fil-belt ta’ Matera, fejn immarka t-tmiem tal-Kungress Ewkaristiku Nazzjonali u qabel r-reċita t-Talba tal-Angelus, il-Papa qal li qed jaħseb ħafna fil-Myanmaw, fejn “għal aktar minn sentejn dan il-pajjiż nobbli ġie martirizat minn ġlied armat u vjolenza serja, li kkawża ħafna vittmi u persuni kellhom iħallu djarhom u arthom”. “Din il-ġimgħa”, qal, “smajt il-bikja ta’ niket għal-mewt ta’ tfal fi skola ibbumbardjata”.

“Jalla l-bikja ta’ dawn iċ-ċkejknin ma tinstemax! Dawn it-traġedji ma’ għandhomx iseħħu!”

Eluf inqatlu minn mindu l-militar tal-Myanmar ħatfu il-poter fi Frar 2021 mill-gvern elett ta’ Aung San Suu Kyi, u b’hekk il-pajjiż daħal f’dik li xi esperti tal-Ġnus Magħquda ddeskrivewha bħala gwerra ċivili li għadha kif bdiet u li qatlet eluf.

Il-Papa tenna wkoll it-tħassib u l-qrubija tiegħu mal-poplu Ukren u appella għal soluzzjonijiet għall-gwerra li diġa’ ilha seba’ xhur. Huwa talab lill-Verġni Marija, Reġina tal-Paċi, biex tfarraġ lill-“poplu Ukren martri” u appella għal azzjoni mill-mexxejja internazzjonali, biex ikunu jistgħu jsibu “s-saħħa tar-rieda immedjatament biex jinsatabu inizjattivi effettivi biex iġibu l-gwerra fi tmiemha”.

Il-Papa Franġisku qal li qed jingħaqad ukoll fl-appell tal-Isqfijiet tal-Kamerun għall-ħelsien ta’ tmien persuni maħtufa fid-djoċesi ta’ Mamfe, fosthom ħames saċerdoti u soru reliġjuża.

“Nitlob għalihom u għall-popolazzjonijiet tal-provinċja ekkleżjastika ta’ Bamenda: jalla l-Mulej jagħti l-paċi lill-qlub u lill-ħajja soċjali ta’ dak il-pajjiż għażiż.”

Nhar il-Ġimgħa, aggressuri mhux magħrufa ħatfu s-saċerdoti u s-soru reliġjuża u taw in-nar lil knisja fil-Punent tal-Kamerun. Dan tħabbar fi stqarrija mill-Isqfijiet tal-provinċja ekkleżjali ta’ Bamenda. D-djoċesi ta’ Mamfe, li tinsab fir-reġjun tal-Lbiċ, hija waħda miż-żewġ reġjuni fil-Kamerun fejn is-separatisti ilhom jagħmlu gwerra kontra l-awtoritajiet federali mill-2017.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-09/pope-appeals-angelus-myanmar-ukraine-cameroon.html

%d bloggers like this: