Dun Carlo Manché – Fi Kliem Niesu

Print Friendly, PDF & Email

Ħiereġ dalwaqt “Dun Carlo Manché – Fi Kliem Niesu”, ktieb b’ħafna tagħrif dwar l-maħbub Kappillan Manché li mexxa l-Parroċċa tal-Gżira bejn l-1935 u l-1950.

Fil-ktieb qed jidhru, fost l-oħrajn, intervisti li għamel is-Superjur tal-M.U.S.E.U.M. Lorry Formosa ma’ nies bħal Twanny Farrugia, Nenu Buhagiar, Pawlu Pantalleresco, Evelyn Cassar, Charles Portelli, Johnnie Formosa u oħrajn, lkoll Gżirjani u li lkoll kienu jafu sew lil Dun Carlo. Inkludejna wkoll l-esperjenzi ta’ Dun Alfred Manché, li jiġi ħu Dun Carlo, ta’ Dun Edward Corrado u ta’ Mons. Arturo Bonnici. Patri  Charlò Camilleri, Karmelitan u Gżirjan, kiteb dwar “Dun Karlu Manché u l-Ispiritwalità Karmelitana”.

Il-ktieb huwa mżewwaq b’ritratti u dokumenti li wħud minnhom huma bil-kulur u qed jidhru għall-ewwel darba.

Il-ktieb qed tippubblikah l-Parroċċa tal-Gżira, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Gżira. Tony Micallef huwa l-editur tal-ktieb.

Min jixtieq jordna kopja hardback ta’ dan il-ktieb ta’ 144 paġna jisia’ jkellem lill-Kapillan tal-Gżira Dun Gordon Refalo. Il-prezz ta’ dan il-ktieb bħalissa huwa €15.

%d bloggers like this: